Latest News

Is-Sezzjoni Internazzjonali

Portomaso

It-Taqsima Internazzjonali ġiet imwaqqfa fil-Kungress Nazzjonali tal-General Workers’ Union tal-2017. Fl-istess Kungress, is-sur Jason Deguara ġie elett bħala l-ewwel Segretarju tal-istess Taqsima. Din it-taqsima nħolqot biex tieħu ħsieb ix-xogħol kollu fil-qasam internazzjonali kif ukoll it-tqassim tax-xogħol fir-rigward ut fit-tqassim tal-assignments li nirċievu tat-taqsimiet.

 

Il-qasam internazzjonali huwa vast ħafna u fih jikkontribbwixxu kemm l-Amministrazzjoni, kemm is-Segrretarji u anke d-Delegati u Shop Stewards tagħna. Fl-aħħar snin il-General Workers’ Union bagħtet diversi Shopstewards biex ikomplu t-taħriġ tagħhom barra l-pajjiż bil-gan li jieħdu iktar esperjenza u jifhmu aħjar il-kuntest Ewropew li llum ninsabu ngħixu fih. L-iskop tagħna hu li fis-snin li ġejjin, dan it-taħriġ ikompli jingħata biex nibqgħu ngħollu l-livell tar-rapreżentanti tagħna. Barra minn hekk, kull Taqsima  tinsab affiljata f’Konfederazzjonijiet Ewropej fejn is-Segretarji rispettivi jattendu laqgħat fejn jiġu diskussi punti relevanti li nkunu qed ngħixu barra suggetti li fuqhom tkun trid issir diskussjoini li jkunu ser jolqtuna fil-futur.

 

Fl-aħħar nett il-General Workers’ Union hi msiehba kemm fil-European Trade Union Confederation (ETUC) kif ukoll fl-International Trade Union Confederation (ITUC) li huma Konfederazzjonijiet uffiċjali tal-Unions Ewropej u Internazzjonali fejn l-Amministrazzjoni Ċentrali, ħafna drabi permezz tas-Segretarju Ġenerali, is-sur Josef Bugeja jattendi laqghat fuq livell għoli bil-għan li nwasslu l-messaġġ tagħna fuq kull livell.

 

L-Aħħar Aħbarijiet