Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

94 Fil-Mija Tal-Membri Impjegati Tal-LESA Japprovaw Ftehim Kollettiv Ġdid

Aktar minn 94% tal-membri impjegati mal-LESA japprovaw il-ftehim kollettiv negozjat bejn General Workers’ Union GWU u l-aġenzija. 

Is-Sezzjoni għall-Korpi Dixxiplinati, is-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU irringrazzjat lil dawk kollha involuti sabiex waslu għall-ftehim, fosthom lill-Ministru Byron Camilleri, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila, il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija Svetlick Flores, diversi uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru (fosthom Industrial Releations Unit), iżda fuq kollox iż-żewġ rappreżentanti Marius Bugeja u John Galea li kienu t’ appoġġ kontinwu għall-kollegi tagħhom tul il-proċess kollu ta’ negozjati.

Għada l-Ħamis 21 ta’ Lulju jsir l-iffirmar tal-Ftehim Kollettiv li se jkopri ħames snin (2021-2025).