Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Ftehim ġdid għall-impjegati li jaħdmu fis-sezzjoni tat-tifi tan-nar f’Mater Dei u f’San Vinċenz de Paul

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva, flimkien mal-General Workers Union (GWU), iffirmaw ftehim ġdid għall-impjegati tas-servizz pubbliku li jaħdmu fis-sezzjoni tat-tifi tan-nar fl-Isptar Mater Dei u fir-Residenza St Vincent de Paul.

Il-ftehim li ġie ffirmat assigura, fost oħrajn, iktar opportunitajiet ta’ taħriġ sabiex dawn il-ħaddiema javvanzaw b’mod iżjed spedit fil-karriera tagħhom u kif ukoll żieda fl-allowances.

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għas-Saħħa Joseph Chetcuti, mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Anzjanità Attiva Christine Schembri u Kendrick Bondin u Laurence Bugeja f’isem il-GWU.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, li ppresedew dan l-iffirmar, irringrazzjaw lit-tlett partijiet tal-kollaborazzjoni li wasslet għal dan il-ftehim.

Huma awguraw il-ħidma t-tajba lill-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni.