Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa

It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa ġiet stabbilita fl-1943 u fiha kienet tinkorpora ħaddiema fiċ-Ċivil. Il-firxa tagħha kienet waħda wiesgħa, minn ħaddiema manwali sa klerikali. L-ewwel Ftehim Kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku ġie nnegozjat mal-Gvern u ffirmat fl-14 ta’ Diċembru 1998 iżda beda jgħodd b’mod retroattiv fl-1996.
Qabel dan il-Ftehim Kollettiv ġie fis-seħħ sar eżerċizzju ta’ ristrutturar tal-iskali u l-gradi kollha fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika u kienu stabbiliti strutturi ta’ salarji ġodda għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku. Dan l-eżerċizzju beda bejn l-1991 u l-1995. Bis-saħħa ta’ negozjati mal-unjins kienu introdotti pagi u karrieri ġodda. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-ħaddiema fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika għandhom qafas regolatorju għalihom. Dawn il-kundizzjonijiet, benefiċċji u doveri joħorġu mill-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kapitlu 497 tal-Liġijiet ta’ Malta) u r-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u mill-Public Service Management Code. Barra dawn hemm Ftehim Kollettiv ġenerali u jiġi nnegozjat ma’ seba’ unjins f’daqqa fosthom it-Taqsima u diversi Ftehimiet Settorjali. Dawn ikopru klassijiet differenti ta’ ħaddiema u karrieri.
Matul iż-żmien it-Taqsima bdiet tinnegozja diversi Ftehimiet Kollettivi li jkopru awtoritajiet, entitajiet pubbliċi u regolaturi.
llum it-Taqsima tirrappreżenta impjegati fi ħdan diversi setturi fosthom:
- Is-Servizz Pubbliku
- Is-Settur Pubbliku
- Is-saħħa u kura għall-anzjani – kemm fis-Servizz Pubbliku kif ukoll fis-settur privat
- Awtoritajiet
- Regolaturi
It-Taqsima tirrappreżenta ħaddiema membri li jvarjaw minn ħaddiema manwali sa professjonisti, kemm fuq bażi full time għal part time, fuq kuntratt indefinit kif ukoll fuq kuntratt definit. It-Taqsima tirrappreżenta lill-membri tagħha, tinnegozja għalihom u tipproponi proposti fil-baġit sabiex issaħħaħ id-drittijiet tal-membri ħaddiema tagħha..
X’tagħmel it-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa?
- Tirrappreżenta lill-membri
Ir-rappreżentanti tagħna huma r-rabta essenzjali bejn il-membri tal-GWU u l-Unjin. Huma jaħdmu mill-viċin mal-membri li huma jirrappreżentaw sabiex isaħħu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jqajmu għarfien fuq sitwazzjonijiet kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll nazzjonali.
- Negozjar
In-negozjar huwa l-proċess fejn il-Unjin tiddiskuti ma’ min iħaddem sabiex isiru arranġamenti għal kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema.
- Kampanja
Il-kampanja tifforma parti mill-metodu tagħna sabiex inqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet, insaħħu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema membri tagħna u niġbru appoġġ għal kwistjonijiet lokali u internazzjonali.
- Ġustizzja ekwa u ugwaljanza
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-GWU huwa li jgħin lill-membri ikollhom ġustizzja u ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol u lil hinn. L-isfida kontra d-diskriminazzjoni u r-rebħ tal-ugwaljanza huma fil-qalb ta’ dak kollu li tagħmel il-GWU.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- Il-GWU u Dar Emmaus jimxu ‘l quddiem lejn negozjati għal Ftehim KollettivLaqgħa pożittiva fix-Xewkija twitti t-triq għal djalogu u negozjati bejn iż-żewġ naħat It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa flimkien mar-rappreżentant għal Għawdex fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) kellhom laqgħa kostruttiva mat-tmexxija ta’ Dar Emmaus nhar it-Tnejn filgħaxija fil-uffiċċju tal-FSWS, ix-Xewkija, Għawdex, fejn id-diskussjoni ffukat fuq it-triq ’il quddiem lejn Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema. … Read more: Il-GWU u Dar Emmaus jimxu ‘l quddiem lejn negozjati għal Ftehim Kollettiv
- L-anzjanità – stadju tal-ħajja li fih il-persuna tibqa’ tgħix b’dinjità u bl-aqwa kwalità ta’ ħajjaIl-GWU tiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Deo Debattista Il-General Workers’ Union (GWU) temmen… Read more: L-anzjanità – stadju tal-ħajja li fih il-persuna tibqa’ tgħix b’dinjità u bl-aqwa kwalità ta’ ħajja
- Il-GWU: Ir-robots mhumiex is-soluzzjoni għan-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-ospitalitàIl-General Workers’ Union (GWU) tinsisti li l-introduzzjoni ta’ robots bħala wejters mhijiex is-soluzzjoni… Read more: Il-GWU: Ir-robots mhumiex is-soluzzjoni għan-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-ospitalità
- Il-GWU tissospendi l-azzjonijiet industrijali f’Dar EmmausIl-laqgħa bejn il-GWU u t-tmexxija ta’ Dar Emmaus se ssir nhar it-Tnejn li… Read more: Il-GWU tissospendi l-azzjonijiet industrijali f’Dar Emmaus
- Il-GWU se tibda azzjonijiet industrijali f’Dar Emmaus wara li l-maniġment irrifjuta li jiltaqa’ magħhaIt-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) qed… Read more: Il-GWU se tibda azzjonijiet industrijali f’Dar Emmaus wara li l-maniġment irrifjuta li jiltaqa’ magħha
















