Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Iffirmar ta’ Ftehim Kollettiv mal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma

Iffirmat Ftehim Kollettiv ġdid bejn it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-General Workers’ Union u l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma. Ftehim Kollettiv li se jara benefiċċji finanzjarji, struttura fil-gradi u pożizzjonijiet, special paid leave u special unpaid, kif ukoll ħinijiet tax-xogħol flessibbli.

Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin filwaqt li rringrazzja lil kulħadd għall-ħidma li saret biex isir dan in-negozjar li se jagħti l-frott tiegħu f’din l-entità qal li dan huwa Ftehim Kollettiv għal entità b’ħaddiema li għandhom xogħol importanti li tajjeb li jiġu rikonoxxuti għalih b’tisħiħ fil-pagi u tisħiħ fil-pożizzjonijiet, kif ukoll flessibilità fil-ħinijiet.

Dan il-Ftehm Kollettiv ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Manuel Sapiano flimkien maċ-Chief Corporate Officer Nadia Gatt Gafa. Is-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin flimkien max-Shop Steward Therese Galea u l-Assistant Shop Steward Nicholas Ellul iffirmaw dan il-Ftehim f’isem il-ħaddiema tal-Aġenzija.