Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Home

Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija Komunità Malta

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni fl-Aġenzija Komunità Malta wara li l-proċess ta’ verifika kkonkluda li l-Union għandha l-maġġoranza tal-impjegati li jaħdmu f’xogħol klerikali u fl-amministrazzjoni tal-istess Aġenzija.

F’dawn l-aħħar jiem, il-GWU kienet informata mid-DIER li hija tgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-imsemmija impjegati u għalhekk għandha tingħata l-għarfien ewlieni.

Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Publiċi qal li diġà’ bdew il-preparamenti għall-pass li jmiss biex jibdew isiru laqgħat kostruttivi bejn il-GWU u l-Maniġment tal-Aġenzija sabiex jiġu diskussi l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u jintlaħaq ftehim kollettiv.