L-Amministrazzjoni

Jason Deguara

President 

Mwieled fl-1977 Jason Deguara ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tal-Fgura u Verdala Junior Lyceum. Hu beda x-xogħol trejdjunjonistiku tiegħu meta kien jaħdem mal-kumpanija Playmobil u fl-2003 kien maħtur minn sħabu l-ħaddiema tal-kumpanija biex ikun ir-rappreżentant u x-Shop Steward tagħhom. Dawn is-snin servew biex hu jkun jista’ jifhem id-diffikultajiet li ta’ kuljum iħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema.

Wara li ghamel żmien fl-Eżekuttiv tat-Taqsima Kimika u Enerġija, laħaq Assistent Segretarju fl-2006 biex f’Awwissu tal-2007 hu laħaq Segretarju tal-istess Taqsima fejn serva għal tmien snin bħala Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija. Fl-2010, iggradwa mill-Università ta’ Malta fl-Istudji Soċjali, fejn speċjalizza fir-relazzjonijiet industrijali. Wara li d-delegati fil-Konferenza Nazzjonali tal-2015 approvaw tibdil fl-istatut, Jason Deguara kien maħtur bħala l-ewwel Segretarju Internazzjonali tal-GWU.

F’Settembru 2020 hu nħatar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u kien jirrapreżenta lill-General Workers’ Union f’diversi fora internazzjonali oħra. F’Jannar 2026 huwa ġie elett mill-Kungress Nazzjonali tal-GWU bħala President tal-General Workers’ Union. Fil-ħin ħieles tiegħu huwa jħobb isegwi l-logħob tal-futbol, jivjaġġa u jaqra.

Kevin Abela

Deputat Segretarju Ġenerali

Imwieled f’Settembru tal-1968, wara l-istudji tiegħu beda l-karriera fiċ-Ċivil, u wara ħames snin ingħaqad mal-kumpanija nazzjonali tal-ajru Air Malta. Huwa beda jinvolvi ruħu fil-qasam trejdunjonistiku fl-1997, meta kien magħżul mill-kollegi tiegħu bħala rappreżentant tal-ħaddiema fi ħdan il-GWU u eventwalment inħatar Shop Steward. F’dan il-perjodu serva wkoll bħala membru fl-Eżekuttiv tat-Taqsima.

F’Novembru tal-2020 ingħaqad mal-GWU bħala Assistant Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni, u f’Jannar tal-2023 inħatar Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel waqt Konferenza Straordinarja tas-Sezzjoni.

F’Jannar tal-2026 ġie elett Segretarju Internazzjonali tal-General Workers’ Union waqt il-Kungress Nazzjonali tal-GWU, u aktar tard, f’Mejju tal-2026, waqt il-Kungress Nazzjonali Straordinarju, ġie elett bħala Deputat Segretarju Ġenerali.