Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Politika

Ħaddiema mhumiex stmati ndaqs

It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU ġiet infurmata dwar ħaddiema ġewwa d-dwana li qegħdin jiġu preferuti minn oħra billi jitħallsu allowances aktar minn ħaddiema Ii għandhom l-istess kariga tagħhom

Il-GWU avviċinat lill-maniġment tal-istess dipartiment biex din is-sitwazzjoni tiġi diskussa b’urġenza jew inkella ser tiġi ddikjara tilwima industrijali. Il-GWU taħdem ħafna biex kulħadd ikun stmat indaqs allura ma taċċetta qatt li l-ħaddiema jiġu trattati b’mod differenti f’kull livell anke fejn tidħol il-paga. Dawn il-ħaddiema jagħmlu l-istess xogħol allura għandhom jitħallsu l-istess skont kif kien miftiehem fil-ftehim settorjali għall-uffiċjali tad-dwana.

Il-GWU flimkien mal-maniġment tad-dwana ser jiltaqgħu quddiem il-Conciliation Board biex jilħqu ftehim dwar din is-sitwazzjoni b’mod immedjat.