Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Tissaħħaħ il-protezzjoni ta’ 15,000 ħaddiem Taljan f’pajjiżna

“Il-laqgħa tagħna llum kienet iddedikata biex tissaħħaħ il-protezzjoni ta’ 15,000 ħaddiem Taljan li ilhom snin jgħixu hawn”. Qal dan is-Segretarju tal-GWU Josef Bugeja waqt l-ewwel laqgħa uffiċjali f’Malta bejn iċ-CGIL ta’ Sqallija u t-trejdunjin Maltija General Workers’ Union, l-akbar trade unions f’Malta u fl-Italja.

Wara l-ewwel laqgħa tagħhom mal-GWU f’Pozzalo, Sqallija, id-delegazzjoni minn CGIL fi Sqallija, organizzazzjoni tat-trejdjunjins konfederali li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet individwali u kollettivi tal-ħaddiema, pensjonanti u nies qiegħda fi Sqallija żaru pajjiżna biex jintensifikaw il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn iċ-CGIL u l-GWU.

Waqt żjara lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Malti Chris Fearne, il-GWU u ċ-CGIL iddiskutew ix-xogħol, il-qsim tal-fruntieri u l-mudell tas-saħħa pubblika.

“Din iż-żjara kienet iddedikata wkoll għat-tħejjijiet tal-ftuħ tal-punt ta’ kuntatt bejn iż-żewġ unjins fil-kwartieri ġenerali taċ-CGIL f’Pozzallo wara l-ftuħ fil-Workers’ Memorial Building fil-Belt Valletta. Ġurnata intensa ddedikata għall-politika internazzjonali, ftehim bilaterali u diskussjonijiet dwar ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri”, qal is-Segretarju Ġenerali.