Il-ħidma importanti li saret mill-General Workers’ Union (GWU) biex issir ġustizzja mal-eks ħaddiema tat-tarzna ġiet rikonoxxuta mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana.
F’kummenti fuq il-midja soċjali, il-Ministru Caruana qal li l-mertu jmur lill-GWU li ħadmu bi sħiħ għal din il-ġurnata.
Qal li filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin se jkompli l-proċess fuq dawk li diġà ssottomettew il-każ tagħhom, f’Novembru se toħroġ sejħa pubblika għal dawk li ma laħqux tefgħu s-sottomissjoni tagħhom.
Bdiet issir ġustizzja mal-eks ħaddiema tat-tarzna.
Il-mertu jmur lill-General Workers’ Union GWU li ħadmu bi sħiħ għal din il-ġurnata.
Filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin se jkompli l-proċess fuq dawk li diġa’ issottomettew il-każ tagħhom, f’Novembru se toħroġ sejħa pubblika għal dawk li ma laħqux tefgħu s-sottomissjoni tagħhom.