Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU flimkien mas-CPU jiksbu r-rikonoxximent ewlieni fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Wara li s-Civil Protection Union (CPU) affiljat ruħha mal-General Workers’ Union (GWU) ftit tal-ġimgħat ilu, intalab rikonoxximent konġunt miż-żewġ unjins biex jirrappreżentaw lill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.  

Dan ir-rikonoxximent ġie mogħti wara li l-proċess ta’ verifika mad-DIER ikkonkluda li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema huma membri fil-Union. 

Dawn il-ħaddiema diġà huma koperti minn ftehim settorjali li ġie ffirmat mis-CPU fl-2020 fejn kienu miksuba diversi kundizzjonijiet. Għaldaqstant, il-ftehim settorjali li jmiss se jkun negozjat bejn iż-żewġ unjins.