Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-GWU bi preżenza fil-Freshers’ Week tal-MCAST

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja żar l-istand tal-GWU Youths fl-MCAST Freshers’ Week, Raħal Ġdid, bil-konkorrenza miż-żgħażagħ tkun waħda tajba ħafna.

L-Eċċellenza Tiegħu, il-President ta’ Malta George Vella flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima wkoll żaru l-istand tal-GWU fejn raw u tkellmu maż-żgħażagħ waqt li kienu qed jimlew il-formoli ta’ sħubija fil-union. 

Kull min jattendi jista’ japplika biex jidħol membru b’xejn mal-GWU Youths, jingħata kafe b’xejn mill-istand ta’ COSTA Coffee, skont mingħand Team Sport, skont mingħand Posta Insure, jingħata diversi freebies u ċans li jirbaħ rigal mill-bosta li qed jitqassmu fosthom vouchers ta’ €200 għal vaganza f’post tal-għażla tagħhom.

L-istand tal-GWU fl-MCAST se tibqa’ hemm sal-lum, imbagħad għada ser timxi għall-MCAST tal-Mosta.