Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tingħaqad b’sens ta’ solidarjetà mal-ħaddiema LGBTIQ

Il-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija, it-Transfobija u l-Bifobija

Il-General Workers Union tosserva solidarjetá mal-ħaddiema LGBTIQ

Fil-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija, it-Transfobija u l-Bifobija, il-General Workers Union tingħaqad b’sens ta’ solidarjetá mal-ħaddiema LGBTIQ.

It-tema ta’din is-sena hija Ġisimna, Ħajjitna, Drittijietna.

Kulħadd għandu d-dritt fundamentali li jieħu deċiżjonijiet li jirrigwardjaw ġismu, ħajtu u l-futur tiegħu, iżda wisq nies ma jistgħux jieħdu dak id-dritt for granted.

Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li l-GWU tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha biex tibni rispett u dinjitá għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali, l-identitá tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru tagħhom.

Minkejja l-progress u l-ħafna kisbiet, l-omofobija u t-transfobija jippersistu fid-dinja tax-xogħol u fis-soċjetá.

Il-GWU taħdem biex tiżgura li l-ħaddiema LGBTIQ ikunu protetti u jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom fil-liġi u fil-prattika.

L-ugwaljanza, ir-rispett għad-dinjitá u r-rispett għad-diversitá huma fil-qalba tal-GWU. Kulħadd għandu jkun liberu li jkun min hu u jagħżel lil min iħobb mingħajr biża’.