GWU-CGIL Punt ta’ Kuntatt

Fit-30 ta’ Novembru 2019, saret konferenza stampa fil-binja tal-GWU fil-Belt Valletta biex jiġi ppreżentat il-Punt ta’ Kuntatt ġdid tat-trejdjunjins GWU u CGIL fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-GWU u delegazzjoni kbira mis-CGIL.
Il-Punt ta’ Kuntatt huwa servizz tal-GWU u CGIL biex jagħtu għajnuna għat-talbiet u l-bżonnijiet ta’ ħaddiema rġiel u nisa, żgħażagħ u pensjonanti Taljani preżenti f’Malta dwar akkoljenza, servizzi, assistenza u rappreżentanza.
L-għan huwa li dawn jiġu f’kuntatt mad-diversi sezzjonijiet diġà preżenti fi ħdan il-GWU sabiex ikunu jistgħu jipprovdulhom assistenza u rappreżentanza tat-trejd unjins, jgħinuhom jegħlbu l-ostakli tal-lingwa u n-nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet tagħhom fuq il-post tax-xogħol, jieħdu ħsieb ukoll li jinformawhom b’dak li qed jiġri madwarhom.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- Aktar sigurtà, aktar drittijiet, aktar dinjità: il-GWU u l-MDFOA jiffirmaw Ftehimiet Kollettivi ġodda għall-‘food couriers’Il-General Workers’ Union (GWU) u l-Malta Delivery Fleet Operators Association (MDFOA) illum iffirmaw… Read more: Aktar sigurtà, aktar drittijiet, aktar dinjità: il-GWU u l-MDFOA jiffirmaw Ftehimiet Kollettivi ġodda għall-‘food couriers’
- Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri fuq XTRA📺 Xahar wara l-ħatra tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tal-GWU, Kevin Camilleri mistieden fuq… Read more: Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri fuq XTRA
- Il-ħaddiema fid-djar tagħna: inviżibbli wisq biex jiġu protetti– Kevin Camilleri, Segretarju Ġenerali tal-GWU F’Malta tal-lum qed jikber, bilkwiet iżda b’pass… Read more: Il-ħaddiema fid-djar tagħna: inviżibbli wisq biex jiġu protetti
- GWU – Taqsima Ospitalità u IkelIt-Taqsima Ospitalità u Ikel hija waħda minn tmien taqsimijiet tal-GWU. Din it-taqsima tipproteġi… Read more: GWU – Taqsima Ospitalità u Ikel
- Il-fehmiet ta’ wħud mill-impjegati nisa fil-GWU dwar Jum il-MaraFl-okkazjoni ta’ Jum il-Mara, dan is-sit ħa l-fehma ta’ wħud mill-impjegati nisa fil-GWU… Read more: Il-fehmiet ta’ wħud mill-impjegati nisa fil-GWU dwar Jum il-Mara

















