Latest News

FAQ

Ħlas għas-sħubija tal-GWU?

Il-miżata tal-GWU hija ta’ 52 ewro fis-sena u tista’ titħallas jekk wieħed jiġi l-Union, permezz ta’ debitu dirett ma’ bank lokali, ħlas onlajn u jekk hemm rappreżentanza tal-Union fil-post tax-xogħol tista’ titħallas f’pagamenti fix-xahar imnaqqsa mill-paga permezz ta’ sistema ta’ check-off.

X’servizzi toffri l-Union, u meta nkun eliġibbli li nagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Hekk kif tabbona bħala membru, il-GWU toffri s-servizz ta’ Segretarju tat-Taqsima kemm fuq kwistjonijiet Kollettivi u Individwali fil-post tax-xogħol tiegħek u l-iskemi ta’ skont lill-membri tagħna maħruġa minn żmien għal żmien mill-Organizzazjoni. Wara 6 xhur ta’ sħubija sħiħa, il-membru huwa intitolat li juża s-servizzi tal-avukati tagħna fi kwistjonijiet relatati mar-Relazzjonijiet Industrijali.

Il-kuntatti tal-GWU?

In-numru tal-kuntatt tal-GWU huwa 25679200 jew fuq email [email protected].

Kif jista’ membru jagħmel appuntament mas-Segretarju tat-Taqsima u jew l-avukat?

Il-kuntatt jista’ jsir billi tibgħat email lil: [email protected], tħalli d-dettalji tal-kuntatt tiegħek, il-post tax-xogħol tiegħek, il-mistoqsija jew il-problema, u t-tim tagħna jikkuntattjak biex tkun organizzata laqgħa mas-Segretarju tat-Taqsima. Is-Segretarju tat-Taqsima skont il-mertu tal-każ, imbagħad jekk ikun hemm bżonn, jagħmel l-appuntament mal-avukat.

X'inhu Ftehim Kollettiv?

Ftehim kollettiv huwa ftehim li jorbot bil-liġi nnegozjat mit-Trade Union u minn min iħaddem. Huwa jiddefinixxi l-obbligi, il-benefiċċji u d-drittijiet tal-impjegati elenkati fil-ftehim.

X'inhu r-Rikonoxximent ta’ Trade Union?

Ir-Rikonoxximent ta’ Trade Union huwa l-proċess f’termini tar-Regolamenti tar-Rikonoxximent tat-Trade Unions (SL452.112), fejn ir-rikonoxximent jingħata lit-Trade Union li għandha l-aktar membri fil-post tax-xogħol.

Kulħadd jista’ jissieħeb fi Trade Union?

Iva, Skont l-artikolu 42 tal-Kostituzzjoni, “l-ebda persuna ma għandha tkun imfixkla fit-tgawdija tal-libertà  li tingħaqad jew li tassoċja paċifikament, jiġifieri, id-dritt tagħha b’mod paċifiku li tagħmel parti  liberament u tassoċja ma’ persuni oħra u b’mod partikolari tifforma jew tagħmel parti minn Trade Union jew għaqdiet oħra jew assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tagħha “.

Playmobil 1024x200