Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Politika, Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi

Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti

Il-GWU irreġistrat tilwima industrijali u qed titlob laqgħa ta’ konċiljazzjoni urġenti mal-Aġenzija tal-Qorti biex flimkien jiddiskutu u jsibu l-aħjar soluzzjoni għall-proposti li resqet it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubblici. 

Għalkemm il-GWU ltaqgħet kemm-il darba mal-Aġenzija tal-Qorti dwar il-ftehim kollettiv ġdid u s-sewwieqa tagħha sfortunatament ma ntlaħaq l-ebda ftehim. 

Matul dawn id-diskussjonijiet il-GWU dejjem imxiet ma’ dak li huwa ġust u għalhekk se tibqa’ tippersisti sakemm il-membri tagħha jieħdu dak li ħaqqhom. 

Din it-tilwima ġiet irreġistrata minħabba li s-sewwieqa qegħdin jagħmlu xogħol addizjonali barra mill-ftehim tax-xogħol tagħhom u qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet riskjużi li permezz ta’ hekk qed iħossu pressjoni kbira fuq il-post tax-xogħol.

Il-GWU wissiet li jekk fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni ma tinstab l-ebda soluzzjoni ma teskludix li tieħu azzjonijiet industrijali biex tħares l-interessi tal-membri tagħha. 

Photo Credit: Lovin Malta