Written by Aħbarijiet, Artikli, Għaqda Pensjonanti

Kumitat ġdid għall-GWU – Għaqda Pensjonanti

Kelma waħda biex tiddeskrivi l-Konferenza Ġenerali tal-GWU Għaqda Pensjonanti hija “SUĊĊESS”. Dan kien possibbli biss għall-mod kollettiv li ħadem bih il-Kumitat tal-Għaqda. Dan is-suċċess ġie kkonfermat minn ħafna kummenti pożittivi li waslu għand l-Għaqda b’diversi modi. L-Għaqda tixtieq tirringrazzja lil kull min ta sehmu kemm kbir jew żgħir biex l-Għaqda setgħat tkun f’pożizzjoni li ttella’ Konferenza denja għall-Għaqda. Liema konferenza żgur se tħalli impatt pożittiv fuq l-Għaqda.

Ħajr mill-Għaqda Pensjonanti

Waqt il-Konferenza l-Għaqda tat rikonoxximent lil tliet persuni li taw is-servizz u għadhom jagħtu lill-Għaqda. John Hamilton li wara snin twal fil-kumitat tal-Għaqda din kienet l-aħħar sena tiegħu. Lino Debono u Joe Sapiano li mhux biss servew fl-Għaqda għal ħafna snin imma għadhom jagħtu s-servizz tagħhom. Lino Debono bħala President u Joe Sapiano bħala Assistent Segretarju.

Ħatra tal-Kumitat għas-snin 2021-2024

Waqt il-Konferenza ġie maħtur bl-approvazzjoni unanima l-kumitat tal-Għaqda li se jkun qed iservi għas-snin 2021-2024 il-kumitat hu kompost minn:

Lino Debono President, Tony Zarb Segretarju, Joe Sapiano Assistent Segretarju u France Grech bħala Kaxxier. Bħala membri għandna lil: Carmen Micallef, Anna Vella, Francis Gatt, Willam Handy, Arthur Dimech, Felix Fench, Salvu Borg, Paul Bugeja, Salvu Borg, Mario Grech, Mario Cini u Manuel Deguara.

Ma nistgħux ma nsemmux li għall-ewwel darba għandna tliet nisa fil-kumitat.

Id-Diskors tal-għeluq sar mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, li għamel diskors ibbażat fuq il-ħidma tal-GWU waqt il-pandemija kif ukoll tkellem dwar l-sfidi li jiltaqgħu magħhom l-anzjani fost affarijiet oħra.

(Diskors tas-Segretarju Ġenerali kif irraputat fil-Ġurnal tal-GWU L-Orizzont tas-Sibt 19 ta’ Ġunju)

Fil-paġna tal-lum tajna l-ewwel ħarsa lejn il-Konferenza tal-Għaqda Pensjonanti. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu nagħtu aktar informazzjoni għax għad fadal ħafna x’wieħed jirrapporta.

Membership (ewtlab.it)