Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Titjib fil-livell tal-għejxien tal-familji Maltin u Għawdxin

– ll-President tal-GWU Victor Carachi

Jekk tagħti daqqa t’għajn lejn laħħar sensiela ta’ stħarriġ li saru
fostna l-Maltin, tara li r-riżultati jitkellmu waħedhom. Riżultati li jixhdu li minkejja li ninsabu f’perjodu ta’ sfdi internazzjonali, il-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin, hi waħda tajba.

Il-Maltin jinsabu f-40 post fost l-aktar kuntenti bil-ħajja tagħhom fost il-popli ta’ 143 pajjiż. Malta ġiet ikklassifkata wkoll ft-13-il post f-indiċi dwar ħajja b’saħħitha. Rapport tal-indiċi tal-benesseri tat-tfal u l-adolexxenti f’Malta wera li l-biċċa l-kbira tat-tfal f’Malta huma kuntenti bil-benesseri tagħhom.

Filwaqt li skont ir-riżultati maħruġa mill-Ewrobarometru, li hu l-aħħar wieħed qabel isiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f-aħħar sena, 70% taċ-ċittadini Maltin ma kellhomx diffkultà biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fl-aħħar tax-xahar, riżultat tat-titjib fl-livell tal-għajxien b’mod ġenerali li seħħ faħħar snin.

Ikompli jixhed il-fatt li l-infazzjoni fx-xahar ta Marzu kompliet nieżla għattieni xahar konsekuttiv u għalhekk bħalissa pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ infazzjoni mill-bidu tal-isfdi internazzjonali bla preċedent.

Dan kollu ġej grazzi għad-diversi inizjattivi li ttieħdu u qegħdin jittieħdu
mill-Gvern ta’ Malta b’għaqal u ħsieb għal aktar titjib f’ħajjet il-familji f’Malta u Għawdex. Fosthom wieħed isemmi l-għajnuniet li jingħataw lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jlaħħqu kemm mal-ħajja fuq il-post tax-xogħol kif ukoll mal-familja, bħaċ-childcare b’xejn u t-trasport għall-iskejjel kollha b’xejn.

Flimkien mal-fessibilità fuq diversi postijiet tax-xogħol u l-għotja ta’ in-work benefts. Inizjattivi li minbarra li jgħinu lill-ġenituri bit-tfal, qed joffru aktar ċansijiet lin-nisa biex jimxu ‘l quddiem u jakkwistaw l-indipendenza tagħhom u ma jkollhomx għalfejn jibqgħu jikkumbattu iktar id-diskriminazzjoni tas-soċjetà.

Proprju ftit ġranet qabel Jum il-Ħaddiem tajjeb li nsemmu inizjattiva oħra li ttieħdet bi qbil bejn ilGvern u l-imsieħba soċjali kollha, dik li għat-tieni darba f ftit snin erġajna rajna żieda fl-Paga Minima. Żieda li l-GWU kienet ferm attiva
fd-diskussjonijiet dwarha, kienet ikkalkulata wara diversi studji biex b’hekk dawk
b’paga baxxa jkollhom dħul diċenti li kulħadd li jixraqlu.

Dan kollu apparti l-lista twila ta’ benefċċji soċjali u l-inġustizzji li ssewwew. Proprju s-sena l-oħra, l-investiment soċjali żdied b’€100 miljun meta mqabbel mas-sena 2022, bl-ikbar żieda rreġistrata fl-benefċċji kontributorji fosthom il-pensjonijiet u ċ-childrens’ allowance.

Riżultat fost oħrajn taż-żieda fl-pensjonijiet, l-aġġustamenti fl-pensjoni tar-romol,
il-bonus għall-għoli tal-ħajja, iż-żieda fċ-childrens’ allowance u t-twessigħ tal-in-work beneft għall-familji.

Bil-għan li jkompli jonqos il-piż tal-infazzjoni fuq il-poplu, f Frar daħlet fsseħħ l-iskema Stabbiltà, skema mħabbra mill-Gvern għal stabbiltà fl-prezzijiet tal-ikel.
Inizjattiva oħra li qed toffri serħan il-moħħ għall-familji Maltin u Għawdxin, l-aktar
dawk vulnerabbli, billi ġie assigurat li għal dawn id-disa’ xhur, il-prezzijiet ta’ 400 prodott essenzjali minn 15-il kategorija differenti mhumiex se jogħlew fl-prezz.

B’differenza minn kif jaħsbuha wħud li għandna suq ħieles u għalhekk kulħadd għandu dritt jistabilixxi l-prezzijiet kif iħoss, il-Gvern Malti ħass li kellu jpoġġi madwar mejda fimkien mal-importaturi tal-ikel u s-sidien tas-supermarkets u fimkien analizzaw is-sitwazzjoni u ntlaħaq ftehim.

Hawnhekk ma rridux ninsew li n-negozjanti bħall-familji Maltin qegħdin jiġu megħjuna permezz tas-sussidju fuq id-dawl, l-ilma, il-fjuwils u ċ-ċereali, flwaqt li meta kienu jinsabu f kriżi kawża tal-pandemija Covid-19, minkejja s-sitwazzjoni, xorta waħda ngħataw l-għajnuna mill-Gvern.

Permezz ta’ din l-attività ekonomika, in-negozji qed ikollhom qligħ ġust f-istess waqt li tkompli titrażżan il-piż tal-infazzjoni fuq il-familji Maltin. Għalhekk kollox ma’ kollox dawn il-miżuri soċjali daħlu mingħajr żidiet fttaxxi! Jekk noqogħdu fuq dak li jgħidu ċerti populisti dwar il-mudell ekonomiku, flwaqt li huwa minnu li fh l-isfdi, irridu niddeċiedu nżommux dawn il-benesseri jew immorru lura għaż-żidiet fl-piżijiet u żidiet ft-taxxi!