Ospitalità u Ikel

Din it-Taqsima tal-Ospitalità u Ikel kienet imwaqqfa fi żmien meta l-industrija tat-turiżmu f’Malta kienet għadha qed tikber u tiffjorixxi, fil-waqt li kienu qed jinbnew lukandi u jinfetħu ħwienet tax-xorb ġodda.
Mit-twaqqif tagħha din it-Taqsima kompliet tikber u llum il-ġurnata tirrappreżenta l-maġġoranza l-kbira tal-postijiet tal-Ospitalità, Divertiment u Manifattura tal-Ikel f’Malta u Għawdex. Illum din it-Taqsima tgawdi rikonoxximent fil-lukandi prinċipali kollha ta’ pajjiżna, ristoranti u f’kumpaniji li jipproduċu ikel għall-esportazzjoni. Tirrapreżenta wkoll l-impjegati fl-industrija kollha tal-ikel għall-annimali, xorb u casinos. Din it-Taqsima tirrappreżenta is-settur li joffri servizz ta’ tindif fl-entitajiet privati u dawk pubbliċi. It-Taqsima tirrapreżenta wkoll diversi ħaddiema ta’ Nazzjonalitajiet differenti f’Malta.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- Il-GWU ssaħħaħ l-impenn tagħha favur il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema minn pajjiżi terziLaqgħa mal-Kummissarju Għoli tal-Indja għal Malta, Rachita Bhandari Il-General Workers’ Union (GWU) tenniet… Read more: Il-GWU ssaħħaħ l-impenn tagħha favur il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi
- Il-GWU tkompli twessa’ r-rappreżentanza tagħha fis-settur tal-couriersIl-General Workers’ Union (GWU), permezz tat-Taqsima Ospitalità u Ikel, irreġistrat żviluppi oħra pożittivi… Read more: Il-GWU tkompli twessa’ r-rappreżentanza tagħha fis-settur tal-couriers
- Id-diversità li tgħaqqadna: aktar minn sempliċi ċelebrazzjoniIs-soċjetà tagħna nbidlet. L-isfida mhijiex li nibżgħu mid-diversità, iżda li nibnu fuqha b’rispett,… Read more: Id-diversità li tgħaqqadna: aktar minn sempliċi ċelebrazzjoni
- Il-GWU tospita l-festival Krishna JanmashtamiIl-General Workers’ Union ospitat għal darb’oħra ċelebrazzjoni importanti għall-komunità Hindu f’Malta, dik tal-festival… Read more: Il-GWU tospita l-festival Krishna Janmashtami
- Il-GWU twissi kontra li s-service charge tkopri parti mill-pagaIl-General Workers’ Union (GWU) esprimiet tħassib serju u oppożizzjoni ċara għall-idea li s-service… Read more: Il-GWU twissi kontra li s-service charge tkopri parti mill-paga

















