- Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità ghat-tilqima kontra l-Covid-19
- Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE
- Ir-Reazzjoni Uffiċjali tal-General Workers’ Union għall-Baġit 2021
- L-ospitalità u l-avjazzjoni l-aktar li għadhom affettwati mill-pandemija
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet
- Il-GWU żżid l-azzjonijiet fis-CPSU
- Il-GWU f’laqgħa “kordjali u sodisfaċenti” mal-Air Malta
- Infermieri membri fil-GWU jappellaw għall-użu tal-maskri f’postijiet pubbliċi
- Il-GWU tawgura lil James Pearsel għall-ħatra tiegħu ta’ Chairman tal-MCESD
- Il-GWU u l-Union Print jibku t-telfa ta’ Ġurnalist veteran
- Stqarrija Konġunta bejn il-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali
- Jum il-Ħaddiem: Messaġġ mill-President tal-GWU
- Reazzjoni tal-GWU għall-patt soċjali maqbul bejn l-imsieħba soċjali kollha
- Ir-Reazzjoni tal-GWU għat-tieni pakkett finanzjarju
- Il-GWU mhux ser taċċetta miżuri li jmorru kontra proċeduri u protokolli stabbiliti
- Il-General Workers’ Union tesiġi li min hu responsabbli jħallas ta’ għemilu u jieħu li ħaqqu.
- Il-GWU turi s-sogħba tagħha għall-mewt tas-Sur Mario Mallia
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti tal-MCESD biex tiddiskuti l-Corona Virus
- Wara li l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu, jiġu rtirati d-direttivi mill-GWU
- Il-GWU tordna azzjonijiet industrijal fis-settur tas-saħħa għall-ħaddiema tal-kumpanija Healthmark
- Il-GWU b’azzjonijiet industrijali fl-NCPE
- Il-GWU tikkundanna l-mibgħeda razzjali
- Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali fl-Isptar Monte Carmeli
L-Istorja tal-GWU

Il-GWU twaqqfet waqt il-Tieni Gwerra Dinjija, fi żmien meta Malta kienet kolonja fiċ-ċentru tal-Baħar Mediterran. Għall-pożizzjoni ġeostrateġika tagħha Malta serviet bħala bażi militari utli għall-qawwa tal-ajru u l-flotta Brittanika. Għal dan kienet magħrufa bħala l-‘gżira-fortizza’. It-Tieni Gwerra Dinjija, naturalment ġabet magħha livell relattivament għoli ta’ impjiegi prinċipalment fis-settur tat-tiswija tal-bastimenti navali u setturi anċillari oħra marbuta direttament mal-bżonnijiet militari.
Din ir-realtà kkondizzjonat il-ħajja tal-ħaddiema Maltin biex jgħixu tajjeb fi żminijiet ta’ gwerra u jiffaċċjaw il-faqar fi żminijiet ta’ paċi. Din ir-realtà wasslet lill-maġġoranza tal-ħaddiema Maltin biex timmobilizza ruħha u tifforma Trade Union qawwija biex tipproteġi l-impjiegi tagħha, ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tagħha u tiġġieled għall-ġustizzja soċjali.
Oriġinarjament, il-GWU sabet l-għeruq tagħha lejn l-aħħar tal-1942 fost il-ħaddiema f’dik li kienet magħrufa bħala t-Tarzna tal-Ammiraljat Brittaniku. Reggie Miller, li kien jaħdem bħala skrivan ċivili fid-Drydocks, ikkonvinċa b’suċċess grupp żgħir ta’ ħaddiema biex iwaqqfu union ġenerali b’saħħitha li fil-futur setgħet tħalli l-marka tagħha fuq l-istorja tal-pajjiż.
L-impatt tas-suġġeriment ta’ Reggie Miller kien immedjat. Hawn Miller beda l-ħidma tiegħu għat-twaqqif ta’ dik li kellha tkun il-GWU. Għalhekk għalina huwa meqjus bħala l-missier u l-fundatur tal-GWU. L-ewwel laqgħa pubblika tal-GWU saret f’Marzu 1943 fejn attendiet massa enormi ta’ ħaddiema. Minn dakinhar ʼil quddiem inħatar kumitat interim bir-responsabbiltà tat-tfassil ta’ kostituzzjoni (Statut) tal-Union. Sussegwentement l-abbozz tal-kostituzzjoni kien moqri u spjegat lill-ħaddiema f’attività tal-massa msejħa ftit jiem wara.
Fl-istess laqgħa Reggie Miller b’entużjażmu aċċetta s-sejħa tal-ħaddiema biex iservi bħala l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-Union. Mal-ħolqien tagħha l-mexxejja maħtura ġodda tal-GWU mexxew kampanja intensiva għas-sħubija tal-membri. Għalhekk, ġew organizzati aktar laqgħat pubbliċi u konferenzi madwar Malta. Naturalment, attivitajiet simili saru wkoll f’diversi postijiet tax-xogħol fost il-biża’ ta’ ostilità u antagoniżmu minn min iħaddem. L-ewwel membri tal-GWU kienu inizjalment irreġistrati fl-1 ta’ Lulju 1943. Minkejja li kienet għadha fil-bidu tagħha l-GWU, flimkien ma’ organizzazzjonijiet żgħar oħra, nhar is-6 ta’ Lulju 1943, ippreżentat lill-Gvern Brittaniku memorandum b’numru ta’ talbiet fosthom talba għal żieda xierqa fil-pagi u s-salarji tal-ħaddiema.
L-ewwel strajk mhux uffiċjali sar fl-24 ta’ Awwissu tal-1943 u dan kien minħabba r-ras iebsa tal-awtoritajiet tat-Tarzna li ma ridux jaċċettaw it-talbiet tal-ħaddiema. Lejn l-aħħar ta’ Settembru kien tħabbar li ser tingħata żieda fil-paga, madankollu, din iż-żieda ma kinitx skont it-talbiet oriġinali, u għalhekk kienet immedjatament miċħuda mill-ħaddiema u mir-rappreżentanti tagħhom. Konsegwentement din iċ-ċaħda kienet segwita minn strajk ieħor nhar it-28 ta’ Settembru tal-istess sena.
Il-jiem ta’ wara kienu kkaratterizzati minn bosta ħaddiema f’diversi setturi oħra fis-settur militari Brittanniku li taw u wrew l-appoġġ u solidarjetà tagħhom ma’ dawn il-ħaddiema. Biss minħabba li l-unions l-oħra bdew jibżgħu mir-riperkussjonijiet u ritaljazzjoni tal-awtoritajiet tal-militari Brittaniċi f’Malta, abbandunaw is-solidarjetà tagħhom mal-ħaddiema li kienu qed jistrajkjaw, b’hekk il-GWU tħalliet tiġġieled u ġġorr il-piż waħedha sal-aħħar tat-tilwima.
Dak iż-żmien meta l-Ingilterra kienet impenjata sew fil-gwerra, kien ovvju għall-Ingliżi li jikkontrollaw b’mod diplomatiku u sottili dak kollu li jkun stampat fil-midja speċjalment dak stampata bil-lingwa Ingliż. Matul dik l-instabbiltà tar-relazzjonijiet industrijali, Reggie Miller u sħabu l-mexxejja tal-union, kienu akkużati li qed jagħmlu sabutaġġ u li kienu qed iħeġġu l-ħaddiema għall-vjolenza bl-attitudni tagħhom. Madankollu dawn l-akkużi kienu għalxejn, għalhekk, it-Tlieta, 5 ta’ Ottubru 1943, il-General Workers’ Union kienet uffiċjalment imwaqqfa.
Sa mill-ħolqien tagħha fis-snin tal-gwerra, il-GWU u l-mexxejja tagħha stinkaw ħafna biex itejbu u jiggarantixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-membri bl-istess mod. Għal għexieren ta’ snin minn meta nħolqot, il-GWU mhux biss ħeġġet it-trejdunjoniżmu f’Malta, imma bdiet twettaq b’suċċess il-ħidma u l-missjoni tagħha, dik li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u tiggarantixxi futur ġust. Min-naħa tal-ħaddiema permezz tal-għaqda tagħhom fi ħdan il-GWU wasslet biex jinkiseb progress ekonomiku u soċjali tajjeb ħafna fl-oqsma kollha tax-xogħol.
Midja Socjali
Aħbarijiet Reċententi
- Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità ghat-tilqima kontra l-Covid-19
- Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE
- Ir-Reazzjoni Uffiċjali tal-General Workers’ Union għall-Baġit 2021
- L-ospitalità u l-avjazzjoni l-aktar li għadhom affettwati mill-pandemija