Fl-interess li dejjem jiġu prottetti d-drittijiet tal-ħaddiema mingħajr ma titnaqqas il-kontabilità tagħhom, il-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku għaddejja bi proċess ta’ reviżjoni tar-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kumissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku (L.S.Kost.03) u diġà ġew identifikati punti li jwasslu għal titjib.
F’dan ir-rigward il-General Workers’ Union intalbet tissottometti l- kummenti tagħha dwar dawn ir-Regolamenti, mingħajr preġudizzju għall- konklużjonijiet finali mill-Kummissjoni.
Wara diskussjonijiet interni l-GWU ħarġet b’dawn il-proposti għall-proċeduri dixxiplinarji aħjar bil-għan li tgħin u tmexxi ‘l quddiem il-prinċipju ta’ ġustizzja naturali, xierqa u ġusta. Fosthom li:
- Għandu jkun hemm il-possibilità ta’ reviżjoni tal-penali ta’ dixxiplina; u li:
- Ħaddiem m’għandux jitpoġġa fuq sospensjoni qabel ma jiġu esplorati possibilitajiet oħrajn.