Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-POU tidħol għall-membri Għawdxin li nqabdu Malta minħabba l-maltemp

Il-Police Officers’ Union iddeskriviet id-deċiżjoni tagħha li tidħol biex tagħmel tajjeb għall-ħaddiema membri tagħha bħala waħda storika. 

Dan hekk kif minħabba l-Maltemp u riħ qawwi li ħakem il-Gżejjer Maltin spiċċa weħħel ħaddiema Għawdxin f’Malta wara l-ġurnata tax-xogħol tagħhom minħabba li l-Gozo Channel kellha twaqqaf l-operat. 

Quddiem is-sitwazzjoni diffiċli ta’ dawn il-membri tagħha bla post fejn joqogħdu, il-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers’ Union infurmat lil membri tagħha biex jsibu post ta akkomodazzjoni bħal guest house jew lukanda fejn se tkun qiegħda tkopri l-ispejjeż tagħhom.