Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika

Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali minħabba nuqqas ta’ qbil dwar ftehim settorjali tal-Ħaddiema tas-Saħħa

Il-GWU – Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tiddikjara tilwima industrijali favur il-membri kollha tal-GWU li jiffurmaw parti mill-Ftehim Settorjali tas-Saħħa.

Skont il-Ftehim Kolletiv tas-servizz pubbliku, Ftehim Settorjali huwa validu għall-ħames snin u għalhekk ma jistgħux jiġu nnegozjati kundizzjonijiet qabel jgħaddi ż-żmien stipulat.

Madanakollu l-GWU innutat illi dan il-ftehim ġie injorat mill-Ministeru tas-Saħħa u ttieħdu diversi deċiżjonijiet għalkemm il-Ftehim Kollettiv jgħid mod ieħor. Fid-dawl ta’ dan il-Union avviċinat lil Ministeru kkonċernat u lil People and Standards Division fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru sabiex jiġi nnegozjat Ftehim Settorjali ġdid ġaladarba dan il-Ftehim Kollettiv ġie injorat.

Għalkemm il-GWU ilha tipprova tikkomunika mal-Ministeri kkonċernati minn Novembru 2020, il-GWU baqgħet mingħajr tweġiba. Għaldaqstant il-Union iddikjarat tilwima industrijali għal membri tagħha li jiffurmaw parti mill-ftehim settorali tal-Kura tas-Saħħa. Il-Union iżżid tgħid ukoll li qed tirriserva d-dritt li tieħu azzjonijiet industrijali jekk dik is-sitwazzjoni mhux ħa tiġi solvuta sa tmint ijiem.

Aqra artiklu relatat: https://gwu.org.mt/il-gwu-qed-titlob-revizjoni-tal-ftehim-settorjali-li-hi-involuta-fihom-fis-servizz-pubbliku/