Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU titlef ħabiba u avukata mill-aqwa

Ilbieraħ ħallietna Dr Katrina Borg Cardona, wara żmien tiġġieled marda kiefra. Katrina kienet qiegħda fi sptar ġewwa l-Ingilterra tiegħu l-kura. Dr Borg Cardona kienet tagħmel parti mit-team legali tal-GWU.

Fi żmien li għamlet tirrappreżenta lill-GWU b’mod legali, kienet taħdem bla qies biex tiddefendi lill-ħaddiema membri tagħna filwaqt li tara li qegħdin jiġu trattati kif suppost. Katrina kienet ta’ gwida għal numru ta’ ħaddiema u b’mod professjonali kienet tagħtihom l-informazzjoni u s-support legali li kien ikollhom bżonn.

Il-GWU tixtieq tagħti l-kondoljanzi lill-familjari tagħha speċjalment lir-raġel tagħha u liż-żewġ uliedha. Dr Borg Cardona, f’isem il-ħaddiema membri tal-GWU nixtiequ ngħidulek grazzi ta’ kemm iddefendejtna u ħdimt għalina. Strieħ fil-paċi Katrina.