Marittima u Avjazzjoni

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni hija waħda mit-taqsimiet pijunieri fi ħdan il-General Workers Union. Imwaqqfa lura fl-1950 din it-Taqsima tinkludi membri u persuni li għandhom proprjetà ta’ vapuri lokali u impjegati oħra li jiddependu mill-attività tal-port bħal dawk tal-Malta Freeport Terminals, kif ukoll fis-servizzi ta’ manutenzjoni fis-settur tal-avjazzjoni bħalma hi l-Lufthansa Technik u EasyJet Engineering.

Barra minn hekk is-Sezzjoni tirrappreżenta wkoll ix-xufiera tas-servizz pubbliku li huma impjegati mat-Trasport Pubbliku ta’ Malta. Din kienet xi ħaġa kompletament ġdida għat-taqsima u dan seħħ wara li l-Gvern iddeċieda li jirriforma u jipprivatizza t-trasport pubbliku f’Malta.

Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima