Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Intlaħaq ftehim bejn il-ħaddiema tar-residenza St.Vincent De Paul u l-Maniġment tal-istess residenza.

Intlaħaq ftehim bejn il-ħaddiema tar-residenza St.Vincent De Paul u l-Maniġment tal-istess residenza.

It-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi ġiet infurmata illi l-istess ħaddiema qed jiġu mgħajta biex jagħmlu swab test fil-ġranet tal-mistrieħ tagħhom. Il-GWU ġibdet l-attenzjoni illi l-istaff mediku ta’ San Vincenz għandhom id-dritt illi jkollu l-mistrieħ neċessarju kuljum pero` b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet għaliex il-pandemija hija sfida kbira għal kulħadd.

Il-GWU taqbel illi l-istaff għandu jagħmel swab test b’mod regolari pero` dan għandu jsir fil-ħin tax-xogħol tagħhom jew jiġu kkumpensati jekk ikun hemm bżonn isir fil-ġranet tal-mistrieħ.

Il-Manaġiment ta’ San Vincenz avviċinat lill-GWU bl-aħħar avvanzi fir-rigward ta’ din is-sitwazzjoni. Il-ħaddiema ser jibdew jingħataw appuntament għal swab tests fil-ħin tax-xogħol tagħhom jew jiġu kkompensati għall-iskomdu li kellhom.

It-taqsima tixtieq tirringrazzja lil kull min kien involut biex din is-sitwazzjoni tiġi solvuta b’mod professjonali u f’ħin daqshekk qasir.