Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU f’laqgħa mal-kandidat Laburista Keith Tanti

Fil-ġranet li għaddew l-amministrazzjoni ċentrali tal-General Workers’ Union, immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u l-President Victor Carachi, iltaqgħet ma’ Keith Tanti, kandidat Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Id-diskussjoni kkonċentrat fuq il-budget li kien għadu kif ġie ppreżentat u fil-proposti tal-istess Union li ressqet qabel il-budget.

Fost temi li ġew diskussi kien hemm it-taxxa fuq l-over-time li se tinżel għal 15%, it-taxxa fuq ix-xogħol tal-part time, il-prinċipji tal-ħlas ugwali, pensjonijiet, l-anzjanità attiva, l-ambjent, il-futur tad-dinja ta’ xogħol, il-faqar u l-kontribut li flimkien nistgħu nagħtu biex nagħmlu soċjetà ahjar. 

Id-diskussjoni kompliet ukoll dwar l-istudju li qed tagħmel il-GWU dwar il-living income u l-andament tal-ekonomija Maltija. Dwar il-futur ta’ dinja ta’ xogħol intqal li jeħtieġ naħtfu din l-opportunità iżda jeħtieġ li jkun hemm qafas leġiżlattiv li jagħti linji gwida ċari biex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.

Fl-aħħar tad-diskussjoni ż-żewġ partijiet qasmu diversi ħsibijiet dwar kif jistgħu jkomplu jaħdmu flimkien.