Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Aħna bħala GWU ilna snin nisħqu fuq il-bżonn li l-liġijiet tal-kostruzzjoni jiġu aġġornati biex jirriflettu ż-żminijiet tal-lum

“Aħna bħala General Workers Union ilna nesieġu mill-2008 biex nibdew nippjanaw fit-tul, biex ċertu problemi mhux l-ewwel joħorġu imbagħad insolvuhom imma biex nantiċipawhom”. Dan iddikjarah Victor Carachi, il-President tal-General Worke’s Union f’kumment li ta’ lill-dan is-sit, b’referenza għal liġijiet tal-kostruzzjoni f’pajjiżna. 

Huwa rrefera għar-riżenja tiegħu minn mal-Malta Enterprise, fejn qal; “Jiena rreżenjajt purament bħala etika, kif ukoll bħala solidarjeta mal-membri kollha tal-Investment Committee. Tajjeb li nibda biex ngħid illi l-Committee huwa minn ħames membri tal-bord li rreżenjaw, kif ukoll seba’ membri tal-management, li qegħdin hemm biex jiggwidaw lill-kumitat”.

Dwar dan, Carachi qal li l-Due dilgence ma kienx ikopri kollox cioe pendina kriminali. Kompla jispjega li l-membri jinsabu diżappuntati għal fatt li fl-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia, il-public enquiry ma bagħtet għall-ebda membru. Il-President iddikjara; “Aħna approvajna għall-għoti tal-art għal workshop ta’ sular u mhux fabbrika ta’ ħames sulari!” 

Enfasizza li mal-kapital tagħhom dawn kellhom jieħdu loan tal-bank u li l-prezzijiet ta’ dak iż-żmien, lura għall-2019, fuq workshop b’sular wieħed b’€262, 000 kellhom ikunu biżżejjed. Fil-fehma tiegħu, il-bord ta’ inkjesta pubblika hija żbaljata meta tgħid li m’hawnx xogħol għal mastrudaxxi.

Hu semma kif il-liġi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tgħid li persuni tista’ teħel sa sentejn ħabs jekk tinstab ħatja b’reati bħal dawn. Madanakollu, il-Qorti mhux qed tagħti deterrent għax qatt ma tat sentenza ta’ ħabs għal persuni li wettqu dawn ir-reati.