Professjonisti, Finanzi u Servizzi

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi (PFS-GWU) tal-GWU tieħu ħsieb firxa wiesgħa ta’ impjegati fl-industrija tas-servizzi ta’ Malta. Is-sezzjoni twaqqfet fl-1964 bħala l-Assoċjazzjoni Nazzjonali għall-Impjegati Klerikali u Supervisory (National Association for Clerical and Supervisory Staff -NACSS) fejn kienet tirrappreżenta dawk il-gradi tal-Klerikali, tas-Superviżjoni, Tekniċi u Maniġerjali kemm fil-kumpaniji privati kif ukoll f’entitajiet tal-Istat, iżda mhux dawk l-impjegati li jaħdmu maċ-Ċivil. Aktar ʼl quddiem kienet imsejħa bħala Supervisory, Technical and Professional Staff Association (STPSA), it-Taqsima tal-Professjonisti u Servizzi (PSS), it-Taqsima tas-Servizzi u Midja (SMS) u kien fl-2006 li ngħatat l-isem attwali tagħha biex tkun tista’ tinkludi aktar l-oqsma li t-taqsima tirrappreżenta.
Illum il-ġurnata t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tirrappreżenta diversi ħaddiema f’setturi u kategoriji tax-xogħol fosthom:
- L-impjegati fi gradi Professjonali u Maniġerjali;
- Is-settur tal-Finanzi li jinkludu il-Banek, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji u l-Kumpaniji tal-Insurance;
- Is-settur tas-Sigurtà u Loġistika;
- Is-settur tal-Midja.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- L-impatt tal-Intelliġenza Artifiċjali – Popolin📺 Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU Riccarda Darmanin, tiddiskuti l-impatt tal-Intelliġenza… Read more: L-impatt tal-Intelliġenza Artifiċjali – Popolin
- L-impatt tal-Intelliġenza Artifiċjali – Popolin📺 Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU Riccarda Darmanin, tiddiskuti l-impatt tal-Intelliġenza… Read more: L-impatt tal-Intelliġenza Artifiċjali – Popolin
- GWU – Taqsima Professjonisti Finanzi u ServizziIl-Union għandha tmien taqsimiet u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi hija waħda minnhom.… Read more: GWU – Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi
- Għaliex it-Taqsimiet?L-istrateġija u l-proċessi huma importanti ħafna għal kull organizzazzjoni, irrelevanti min-numru ta’ ħaddiema… Read more: Għaliex it-Taqsimiet?
- L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?Minn żmien ir-revoluzzjoni industrijali, id-dinja tax-xogħol evolvit kontinwament. L-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol inbidlu… Read more: L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?















