Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

IL-GWU zzur il- haddiema tal- BOV fil-Gżira

… bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tat-80 anniversarju mit-twaqqif tal-union

L-amministrazzjoni ċentrali tal-General Workers’ Union, il-Ġimgħa li għadda, għamlet żjara lill-ħaddiema fl-uffiċini tal-BOV ġewwa l-Gżira. Dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mat-80 anniversarju mit-twaqqif tal-istess union.

L-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU kienet komposta mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, il-President Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju tat-Taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi Riccarda Darmanin.

Huma kienu milqugħa mill-Kap Eżekuttiv tal-BOV, is-Sur Kenneth Farrugia li tkellem dwar il-komunikazzjoni miftuħa u b’saħħitha li teżisti bejn iż-żewġ naħat. Dan filwaqt li rrefera wkoll għall-bilanċ fil-mod kif huma jaqdu lill-klijenti tagħhom u anke l-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li jieħu pjaċir li jiltaqa’ mal-ħaddiema u l-uffiċjali tal-bank u jħares ‘il quddiem li jkompli d-djalogu san li minnhom jibbenefikaw kemm il-bank kif ukoll il-ħaddiema