Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-POU tgħid li għandhom jiddaħlu miżuri li jipproteġu l-pensjoni tas-servizz tal-ħaddiema imqar sal-25 sena servizz

Il-Police Officers Union (POU) fi ħdan il-GWU qalet li filwaqt li tilqa’ l-fatt li wara li ġew intodotti inċentivi riċenti għall-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati, hija mħassba li hekk kif jittawwal is-servizz tal-ħaddiema, l-istess ħaddiema se jkunu aktar esposti għal inċidenti li b’xi mod jew ieħor jistgħu jwasslu għal impatt fuq il-pensjoni tas-servizz.

Il-POU tgħid li filwaqt li hija favur li ħaddiem ikun inċentivat kif ġara bil-miżuri introdotti riċentament li taqbel magħhom, il-Unjin temmen li ma’ dawn l-istess miżuri għandhom jiżdiedu mekkaniżmi li jipproteġu l-pensjoni tas-servizz tal-ħaddiema imqar sal-25 sena servizz.

Għalhekk, tkompli tgħid il-POU, li għamlet proposta lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri biex ikun suġġerit li l-pensjoni miksuba sal-25 sena servizz tal-ħaddiema, tkun protetta mal-mument li l-ħaddiem jilħaq dan it-tragward u jekk dan jew din jagħżlu li jkomplu joffru s-servizz lill-pajjiżna wara l-25 sena servizz fil-korp dixxiplinat rispettiv tagħhom.