Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU ssellem lill-vittmi tal-Um El Faroud

Delegazzjoni mill-GWU żaret Bormla biex issellem il-memorja tad-disa’ vittmi li mietu fit-traġedja tal-Um El Faroud.

Fit-traġedja li seħħet fit-3 ta’ Frar 1995 kienu tilfu ħajjithom George Aquilina, Charles Callus, Mario Hales, Simon Mifsud, Simon Pisani, Angelo Sciberras, Anthony Vassallo, Paul Seguna u George Xuereb.

Il-GWU żammet it-tradizzjoni li flimkien ma’ qraba tal-vittmi żżur il-monument f’Bormla u tpoġġi bukketti ta’ fjuri b’tislima lejhom.

Id-delegazzjoni tal-unjin kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u kienet tinkludi wkoll lill-President Victor Carachi, is-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni Jesmond Marshall u l-eks-Segretarju Ġenerali Tony Zarb.

Anke s-Sindku ta’ Bormla Alison Zammit Civelli poġġiet kuruni ta’ fjuri fuq il-monument kif għamlu qraba ta’ wħud mill-vittmi.

Source: inewsmalta.com