Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tipparteċipa fl-inizjattiva Rigal bi Mħabba

Il-kampanja ‘Rigal bi Mħabba’ laħqet il-qofol tagħha llum b’attività għall-familja kollha, li kienet tinkludi wkoll spettaklu fi Pjazza Kastilja. Fost dawk li poġġew rigali taħt is-Siġra tal-Milied kien hemm l-amministrazzjoni ċentrali tal-General Workers’ Union, Segretarji tat-Taqsimiet, uffiċjali u ħaddiema oħra fi ħdan l-istess union.

Uħud mill-membri tal-amministrazzjoni tal-GWU li poġġew ir-rigali taħt is-siġra tal-Milied. Ritratt: Roger Azzopardi

Din l-inizjattiva tnediet ftit tal-jiem ilu minn mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela, bil-għan li jitpoġġew rigali taħt is-siġra sabiex f’dan iż-żmien tal-Milied jiġu mferrħa tfal Maltin u Għawdxin. 

Sa minn kmieni dalgħodu għadd ta’ nies bdew jinġabru sabiex ipoġġu r-rigali tagħhom. Dawn kienu jinkludu tfal tal-iskejjel, adulti, sidien ta’ negozji kif ukoll Membri Parlamentari fost oħrajn.

Sadanittant, fil-gżira Għawdxija wkoll inġabru għadd ġmielu ta’ rigali li se jkunu qegħdin jinġiebu Malta sabiex wara jitqassmu lit-tfal.

Fir-ritratt: Dr Lydia Abela waqt iż-żjara tagħha f’Għawdex. Ritratt: Joe Grech.