Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema ta’ teva

Fil-jiem li għaddew ġie ffirmat ftehim kollettiv bejn teva (Actavis Ltd.) u l-GWU. Teva hija kumpanija tal-farmaċewtika ġewwa Malta. Ilha toffri mediċini lill-pazjenti madwar id-dinja biex ittejjeb ħajjithom għal aktar minn mitt sena. Teva tħaddem ammont sostanzjali ta’ impjegati.

Il-ftehim kollettiv iffirmat ikopri erba’ snin, li se jtejjeb l-istruttura tas-salarji, il-benefiċċji u l-kundizzjonijiet tal-impjegati. L-għan tal-ftehim kollettiv huwa biex joħloq ambjent tax-xogħol iżjed pożittiv u sigur, iżżomm lill-ħaddiema motivati u jwassal biex ikunu iżjed produttivi.

Is-Segretarju tal-GWU – Taqsima Kimika u Enerġija, Rita Dimech li ħadmet bla waqfien mar-rappreżentanti tal-ħaddiema u mal-maniġment ta’ teva biex jiġi ffinalizzat dan il-ftehim kollettiv. Rita spjegat li anke matul il-perjodu diffiċli tal-pandemija, irnexxielna nġibu kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għall-impjegati. F’isem il-GWU, preżenti għall-iffirmar tal-ftehim, kien hemm is-Segretarju tat-Taqsima Rita Dimech. Preżenti kien hemm ukoll Noella Agius, Joseph Mintoff, Sara Scicluna, Joanne Seychell u Marjon Sultana li huma Shop Stewards fl-istess kumpanija.

Min-naħa tal-kumpanija teva kien hemm preżenti l-Managing Director Patrick Cachia li spjega kif kien ta’ sodisfazzjon kbir li jara l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-kumpanija jiġu żviluppati u li l-impjegati jistgħu jibbenefikaw minnhom. Hu żied jgħid li dan ser iwasslu biex titjieb ir-relazzjoni bejn l-impjegati u l-maniġment. Preżenti wkoll kien hemm Jonathan Gafa mid-dipartment tal-Finanzi ta’ teva u l-HR Joseph Camilleri.