Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-British American Tobacco (Malta) Ltd.

Il-General Workers’ Union għadha kif iffirmat ftehim kollettiv li jkopri l-ħaddiema kollha tal-British American Tobacco (Malta) Limited li jkopri tliet snin.

Permezz ta’ dan il-ftehim se jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati filwaqt li ddaħħlu wkoll kundizzjonijiet ġodda, fosthom l-introduzzjoni ta’ pjan ta’ xogħol differenti sabiex l-impjegati jkollhom aktar ħin mal-familji tagħhom, kif ukoll żidiet fil-pagi.

iż-żewġ partijiet kienu determinati li jaħdmu flimkien għall-benefiċċju tal-impjegati u l-kumpanija. Ir-relazzjonijiet industrijali dejjem kienu b’saħħithom bejn iż-żewġ partijiet u d-diskussjonijiet li saru biex jiġi ffinalizzat dan il-ftehim kollettiv jixhdu dan kollu.

L-iffirmar sar minn Rita Dimech bħala Segretarju tal-GWU tat-Taqsima Kimika u Enerġija u ż-żewġ rappreżentanti Quelin Spiteri u Michael Gutiza u mid-Diretturi tal-British American Tobacco (Malta) Limited, Clinton Bajada u Ivan Saliba kif ukoll mill-Area Manager, Jonathan Borg.