Il-GWU tfakkar Jum il-Ħelsien, ġurnata li fiha, fil-31 ta’ Marzu 1979, pajjiżna kiseb is-sovranità sħiħa tiegħu. Il-GWU kellha rwol ewlieni f’din il-mixja, kienet strumentali biex Malta tilħaq il-ħelsien sħiħ tagħha.
Madankollu, hekk kif niċċelebraw din il-festa nazzjonali, ma nistgħux ma ninnutawx l-isfond ta’ vjolenza u qtil ta’ nies innoċenti li għaddej fid-dinja llum. Nemmnu bis-sħiħ li t-triq ’il quddiem hija waħda ta’ paċi u djalogu. Il-ħaddiem għandu dritt li jgħix fil-paci u trankwillità.
Hekk kif qed infakkru Jum il-Ħelsien, ejjew nieħdu mument biex nirriflettu fuq il-valuri li wassluna għal din il-ġurnata storika, u nġeddu l-impenn tagħna biex inkomplu naħdmu għal Malta li tħaddan il-paċi, il-ġustizzja, newtralità u s-sostenibbiltà soċjali.