Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU f’diskussjonijiet ma’ Identità Malta dwar inugwaljanza fil-ħlas ta’ xogħol part-time

B’referenza għall-impjegati li ġew ingaġġati bħala part-timers mal-Aġenzija Identità Malta (ID Malta), it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU għandha riservi kbar dwar is-sitwazzjoni u l-proċedura adottata għar-remunerazzjoni tal-impjegati part-time u tinsab f’diskussjonijiet ma’ Identità Malta dwar dan il-fatt. 

Il-GWU dejjem tisħaq li l-Ftehim Kollettiv jiġi rispettat u li l-ħaddiema jkunu kumpensati skont id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, li iżda qed jiġi miksur b’nuqqas ta’ ġustizzja u ugwaljanza lejn l-impjegati hekk kif numru ta’ impjegati li ġew ingaġġati bħala part-timers qed jagħmlu l-istess xogħol bħal impjegati oħra f’ID Malta iżda b’ paga ogħla.

Il-GWU Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi se tkompli d-diskussjonijiet u tosserva li l-Ftehim Kollettiv jiġi rispettat biex tħares il-ħarsien tal-membri tagħha.