- L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU kontra l-miżata li żied l-HSBC
- Il-Vaċċin kontra l-Covid-19 huwa raġġ ta’ dawl għal ħafna ħaddiema u industriji
- Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità ghat-tilqima kontra l-Covid-19
- Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE
- Ir-Reazzjoni Uffiċjali tal-General Workers’ Union għall-Baġit 2021
- L-ospitalità u l-avjazzjoni l-aktar li għadhom affettwati mill-pandemija
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet
- Il-GWU żżid l-azzjonijiet fis-CPSU
- Il-GWU f’laqgħa “kordjali u sodisfaċenti” mal-Air Malta
- Infermieri membri fil-GWU jappellaw għall-użu tal-maskri f’postijiet pubbliċi
- Il-GWU tawgura lil James Pearsel għall-ħatra tiegħu ta’ Chairman tal-MCESD
- Il-GWU u l-Union Print jibku t-telfa ta’ Ġurnalist veteran
- Stqarrija Konġunta bejn il-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali
- Jum il-Ħaddiem: Messaġġ mill-President tal-GWU
- Reazzjoni tal-GWU għall-patt soċjali maqbul bejn l-imsieħba soċjali kollha
- Ir-Reazzjoni tal-GWU għat-tieni pakkett finanzjarju
- Il-GWU mhux ser taċċetta miżuri li jmorru kontra proċeduri u protokolli stabbiliti
- Il-General Workers’ Union tesiġi li min hu responsabbli jħallas ta’ għemilu u jieħu li ħaqqu.
- Il-GWU turi s-sogħba tagħha għall-mewt tas-Sur Mario Mallia
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti tal-MCESD biex tiddiskuti l-Corona Virus
- Wara li l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu, jiġu rtirati d-direttivi mill-GWU
- Il-GWU tordna azzjonijiet industrijal fis-settur tas-saħħa għall-ħaddiema tal-kumpanija Healthmark
- Il-GWU b’azzjonijiet industrijali fl-NCPE
- Il-GWU tikkundanna l-mibgħeda razzjali
- Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali fl-Isptar Monte Carmeli
Struttura

Kungress Nazzjonali
L-Istatut tal-General Workers’ Union jidentifika l-Kungress Nazzjonali bħala l-ogħla organu fil-GWU. Il-Kungress Nazzjonali jitlaqqa’ kull erba’ snin u huwa l-fora li fih id-Delegati jiddiskutu, jiddeċiedu u jadottaw il-politika tal-GWU għall-ġejjieni. Il-Kungress Nazzjonali jeleġġi wkoll l-Amministrazzjoni Ċentrali.
Kunsill Nazzjonali
Il-Kunsill Nazzjonali huwa l-organu ta’ tmexxija tal-Union. Dan hu kompost mill-Amministrazzjoni Ċentrali, Segretarji tat-Taqsimiet kif ukoll rappreżentanti mill-istess taqsimiet. Kemm l-Għaqda tal-Pensjonanti kif ukoll il-GWU Youths huma rappreżentati fih bi dritt tal-vot waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Amministrazzjoni Ċentrali
Il-membri tal-Amministrazzjoni Ċentrali huma eletti mill-Kungress Nazzjonali għal terminu ta’ erba’ snin. L-Amministrazzjoni Ċentrali li hi l-organu eżekuttiv tal-GWU hija magħmula mill-President, is-Segretarju Ġenerali u mid-Deputat Segretarju Ġenerali. L-Amministrazzjoni Ċentrali hija wkoll membru ex-officio tal-Kunsill Nazzjonali.
Konferenzi Ġenerali Kwadriennali tat-Taqsimiet
Kull erba’ snin isiru l-Konferenzi Ġenerali Kwadriennali tat-Taqsimiet. Qabel il-Konferenza Nazzjonali tat-Taqsima għandha ssir sejħa għal mozzjoni u għal nominazzjonijiet għall-uffiċjali u membri biex jifforma l-Kumitat Eżekuttiv tat-Taqsima għall-erba’ snin.
Filwaqt li s-Segretarji tat-Taqsimiet jiġu maħtura kull erba’ snin mill-Konferenza tat-taqsimiet rispettivi tagħhom. Is-Segretarju Internazzjonali jinħatar kull erba’ snin mill-Kungress Nazzjonali.
It-Tmien Taqsimiet tal-GWU huma mmexxija b’mod distint mill-Kumitat Eżekuttivi tagħhom li huma magħmula minn, President, Viċi President, Segretarju, Assistent Segretarju u minn numru ta’ membri tal-Kumitat Eżekuttiv tat-Taqsimiet rispettivi tagħhom.
Skont l-Istatut il-Kumitati Eżekuttivi għandhom isejħu mill-anqas 12-il laqgħa kull sena (preferibbli kull xahar) jew kif ikun meħtieġ sabiex ikunu diskussi kwistjoni li jinħolqu, xi ċirkostanzi straordinarji kif ukoll tkun diskussa t-tmexxija tas-sezzjoni.
Is-Segretarju tat-Taqsima huwa responsabbli mit-tmexxija tat-taqsima u jokkupa din il-kariga fuq bażi ta’ full-time, filwaqt li l-kumplament tal-uffiċjali eletti ta’ kull sezzjoni huma fuq bażi ta’ part-time.
Delegati
L-imsieħba tal-GWU ikunu mqassma f’kull Taqsima fi gruppi li minnhom jintgħażlu Delegati biex jirrappreżentawhom fil-Konferenzi Ġenerali tat-Taqsima u fil-Kungress Nazzjonali tal-Union. Id-delegati huma eletti kull erba’ snin waqt il-laqgħat ġenerali tal-gruppi fejn dawn jitmexxew mill-Amministrazzjoni tat-Taqsima rispettiva. Huma jirrappreżentaw il-gruppi differenti ta’ ħaddiema membri fil-GWU. Huma jaħtru l-uffiċjali tal-Union fejn flimkien mal-Kungress Nazzjonali taqa’ r-responsabbiltà għall-aħjar tmexxija tal-GWU.
Sħubija
Il-GWU tilqa’ fi ħdanha u hija miftuħa għall-ħaddiema kollha irrispettivament mill-istatus tagħhom, orjentazzjoni sesswali, reliġjon, paga jew salarju. Il-Pensjonanti u ż-Żgħażagħ jistgħu wkoll jissieħbu fil-Union permezz tal-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-membri tal-Union jagħmlu parti minn segretarjat kummerċjali differenti skont il-professjoni, is-settur u l-kummerċ tagħhom.
Midja Socjali
Aħbarijiet Reċententi
- L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU kontra l-miżata li żied l-HSBC
- Il-Vaċċin kontra l-Covid-19 huwa raġġ ta’ dawl għal ħafna ħaddiema u industriji
- Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità ghat-tilqima kontra l-Covid-19
- Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE
Kategoriji
- Ahbarijiet 25
- Bla Kategorija 8
- Dinja u Kronika 16
- Dokumenti u Politika 1
- Ekonomija 13
- Ftehim Kollettivi 3
- Għaqda Pensjonanti 1
- Ġrajja 16
- Home 9
- Kummerċ 13
- Live 1
- Marittima u Avjazzjoni 2
- Ospitalità u Ikel 1
- Politika 14
- Professjonisti, Finanzi u Servizzi 3
- Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi 7
- Taqsimiet 9
- Teknoloġija 6