Latest News
DeLaRue  1024x200

Segretarji tat-Taqsimiet

Rita Dimech

Segretarju – Taqsima Kimika u Enerġija


Imwielda f’Settembru tal-1961, hija bdiet taħdem bħala Operator mal-kumpanija Shirasuna Ltd kif ukoll bħala infermiera fl-Isptar tal-Blue Sisters. Fl-1980 bdiet taħdem mal-Hob Electronics (kumpanija tal-Playmobil) bħala Operatur tal-Magni, imbagħad fl-1990 laħqet Quality Inspector. Fl-1996 ingħaqdet mal-Playmobil Funpark bħala Sales Assistant u fi ftit xhur kienet promossa għal Sales Representative. Ftit żmien wara hija laħqet bħala Administrative Coordinator. L-involviment tagħha mal-GWU beda meta Dimech ingħaqdet mal-Union fl-1978 u saret Shop Steward fl-1981, hija kienet Assistent Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija u kif ukoll membru tal-Kunsill tal-GWU. Qabel ma kienet eletta bħala Segretarju tat-Taqsima, għal 6 snin hija kienet President tal-istess taqsima. Rita Dimech tħobb ħafna taqra, speċjalment bijografiji u tħobb ħafna ssiefer. Hi studjat ukoll il-mużika għand Sister Eastwood.

e-mail: [email protected]

David Darmanin

Segretarju – Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni

 

Imwieled fi Frar tal-1959 wara aktar minn 38 sena jaħdem fi-De La Rue, fi Frar tal-2014 kien elett Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni. Qabel ma laħaq segretarju huwa kien ukoll rappreżentant tal-ħaddiema għall-28 sena, primarjament bħala Shop Steward, iżda kien ukoll membru fl-Eżekuttiv tat-Taqsima u kif ukoll membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-GWU. Huwa dilettant kbir tal-karozzi antiki u klassiċi, fil-fatt fil-ħin liberu tiegħu jieħu gost iżarma, isewwi u jerġa’ jarma mill-ġdid dawn it-tip ta’ karozzi.

 

E-mail: [email protected]

Sandro Vella

Segretarju – Taqsima Marittima u Avjazzjoni

Imwieled f’Mejju 1967 Sandro Vella wara li ngħaqad mal-Air Malta bħala Cabin Crew mill-1987 sal-2009, huwa serva bħala Segretarju tal-Union tal-Cabin Crew għall-13-il sena (1996-2009). Bħala Segretarju huwa kien responsabbli mill-iffirmar ta’ tliet Ftehim Kollettivi u mill-MOU dwar ir-Rescue Plan fl-2007. Fl-2011 ingħaqad mal-ETC għal sentejn fuq proġett tal-UE dwar il-Youth Employment Programme (YEP). Vella ngħaqad mal-GWU f’Lulju tal-2014 bħala Assistant Segretarju tal-Marittima u Avjazzjoni. Kien f’Lulju tal-2015, fl-età ta’ 48 sena huwa ġie nnominat u elett bħala Segretarju tal-istess taqsima.

e-mail: [email protected]

Kevin Abela

Segretarju – Taqsima Ospitalità u Ikel

 

Imwieled f’Settembru tal-1968. Wara l-istudji Kevin Abela beda l-karriera tiegħu fiċ-Ċivil, u wara ħames snin daħal jaħdem mal-kumpanija nazzjonali tal-ajru Air Malta. Beda jkun attiv fil-qasam trejdunjonistiku fl-1997. Kien hawn li ntagħżel mill-kollegi tiegħu biex ikun wieħed mir-rappreżentanti tagħhom tal-GWU u eventwalment kien inħatar bħala shop steward. F’dan il-perjodu kien ukoll membru fl-Eżekuttiv tat-Taqsima. F’Novembru tal-2020 ingħaqad mal-GWU bħala Assistant Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni, imbagħad kien f’Jannar tal-2023 li waqt Konferenza Straordinarja tas-Sezzjoni inħatar Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel.

e-mail: [email protected]

Jason Deguara

Segretarju Internazzjonali

 

Wara li d-delegati fil-Konferenza Nazzjonali tal-2015 approvaw tibdil fl-istatut, Jason Deguara kien maħtur bħala l-ewwel Segretarju Internazzjonali tal-GWU. Aktar qabel, Deguara serva għal tmien snin bħala Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija. L-involviment ta’ Deguara fil-qasam trejdunjonistiku imur lura għal aktar minn 28 sena hekk kif huwa kien maħtur minn sħabu l-ħaddiema tal-kumpanija Playmobil Malta biex ikun ir-rappreżentant u x-ShopSteward tagħhom. Dawn is-snin servew biex hu jkun jista’ jifhem id-diffikultajiet lit a’ kuljum jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema. Fil-ħin ħieles tiegħu huwa jħobb isegwi l-logħob tal-futbol, jivjaġġa u jaqra.

 

e-mail: [email protected]

Riccarda Darmanin

Segretarju – Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi

 

Imwielda f’Ġunju 1963, Riccarda Darmanin ħadet l-edukazjoni tagħha fl-iskola tal-Immaculate Conception High School ta’ Ħal Tarxien u fl-Upper Secondary School l-Imsida. Bdiet taħdem bħala rappreżentanta tal-ħaddiema fi ħdan il-Bank of Valletta plc fejn damet taħdem għal 32 sena. Fis-sena 2017 ġiet promossa għall-Financial Advisor wara li ġabet id-Diploma bħala Certified European Financial Analyst li hija rikonoxxuta mill-Financial Conduct Authority FCA tal-Ingilterra, kif ukoll mir-Regolatur Finanzjarju f’Malta, l-MFSA. Bħalissa qed tkompli fl-istudji tagħha fl-Università ta’ Malta fid-Diploma tal-Gender, Society and Work. Kien waqt il-Konferenza Straordinarja tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi, meta Darmanin ġiet nominata u wara approvata bħala Segretarju tal-istess Taqsima fil- 1 ta’ Lulju 2019. Hija qed tirraprezenta lill-GWU f’diversi kumitati Ewropej, kif ukoll tifforma parti mill-Kumitat Ezekuttiv tal-EuroCadres u membru attiv fil-kumitat tal-Uniglobal Union. L-interessi personali taghha jinkludu safar, qari u films.

 

e-mail: rdarmanin@gwu.org.mt

Kendrick Bondin

Segretarju – Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi

 

Imwieled fi Frar 1986 beda jirrappreżenta lill-ħaddiema fis-servizz Pubbliku billi kien jiffoka fuq proġetti ffinanzjati tal-Ewropej. Fl-1 ta’ Ottubru 2013, huwa beda jaħdem mal-General Workers’ Union bħala bħala Assistant Segretarjufit-Taqsima tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi. Fl-2016 huwa ġie elett bħala Segretarju taż-Żgħażagħ tal-GWU, fejn kien responsabbli għall-affarijiet taż-żgħażagħ, għall-avvenimenti u l-proġetti. Bondin għandu Baċellerat fil-Komunikazzjoni  u l-Filosofija u Baċellerat fix-Xjenza ((Hons) fl-Isport u fl-Active Lifestyle. Esperjenza preċedenti oħra jinkludu l-kariga ta’ Projects Manager fit-Taqsima tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet u bħala Prinċipal fi ħdan l-uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-passatempi tiegħu jinkludu dawk  sportivi, yoga, id-drittijiet tal-bniedem u ċivili. Barra minn hekk iħobb ħafna l-annimali u l-ħarsien tal-ambjent.

e-mail: [email protected]

Jurgen Azzopardi

Segretarju – Taqsima Żgħażagħ

Imwieled fl-1998, Jurgen Azzopardi beda l-ħidma tiegħu bħala operatur postali mal-Maltapost għal seba’ snin. Matul dak iż-żmien, Jurgen beda l-attiviżmu tiegħu fis-settur tat-trejdunjoniżmu. Huwa serva bħala rappreżentant tal-fergħa, shop-steward, u aktar tard, ġie elett bħala Assistent Segretarju tat-Taqsima tal-Metall u l-Kostruzzjoni. Jurgen issa huwa impjegat mas-settur pubbliku u qed jistudja wkoll biex ikompli l-karriera tiegħu fl-Università ta’ Malta fis-settur tal-Management u l-Amministrazzjoni. Fl-età ta’ 23 sena, Jurgen ġie elett bħala Segretarju taż-Żgħażagħ fi ħdan il-General Workers’ Union.

e-mail: [email protected]

Theo Vella

Segretarju – Taqsima Korpi Dixxiplinati,
Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi

Imwieled f’Ottubru tal-1973 Theo Vella bejn l-1992 u l-1995 ħadem fil-qasam tas-sigurtà f’diversi stabbilimenti tad-divertiment partikolarment f’Paceville. F’Diċembru tal-1995 Vella daħal fil-Korp tal-Pulizija fir-rank ta’ Kuntistabbli fejn ġie stazzjonat fit-Taqsima Forensika tal-Korp tal-Pulizija. Wara taħriġ intensiv, f’Marzu tal-1996 ikkwalifika bħala Scene of Crime Officer fejn għal aktar minn 20 sena ta s-servizz tiegħu bħala uffiċjal tax-xena tar-reat u kien nominat f’inkjesti Maġisterjali bħala espert tal-Qorti fuq diversi delitti serji. F’Ottubru tal-2001 ġie promoss għar-rank ta’ Surġent wara li wettaq b’suċċess taħriġ fl-akkademja tal-Pulizija.

Vella involva ruħu fit-trejdunjoniżmu immedjatament malli għaddiet il-liġi li membri tal-Forzi Dixxiplinati setgħu jissieħbu fi Trade Union tal-għażla tagħhom, jiġifieri fi Frar 2015. Kien wieħed minn seba’ (7) fundaturi tal-Police Officers’ Union (POU) li ġiet irreġistrata bħala Trade Union ftit xhur wara li għaddiet il-liġi. F’Mejju 2017 Vella ġie nnominat u approvat mill-konferenza biennali bħala Assistent Segretarju responsabbli mill-Korpi Dixxiplinati fi ħdan il-GWU. Fil-Konferenza Ġenerali t’Ottubru 2017 is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja ħabbar li se titwaqqaf it-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi. Wara li ħarġet sejħa pubblika għall-kariga ta’ Segretarju Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Vella tefa’ n-nomina u ġie maħtur Segretarju f’Diċembru 2017 wara li ġie approvat mid-delegati.

e-mail: [email protected]

Jesmond Marshall

Segretarju – Taqsima Metall u Kostruzzjoni

 

Imwieled f’Diċembru tal-1965 beda l-istudju fl-iskola tal-Gvern ta’ Raħal il-Ġdid. Wara li spiċċa s-sekondarja, huwa ħa kors fl-istudji tat-Turiżmu, imbagħad ħadem f’diversi lukandi sakemm fl-1984 daħal jaħdem l-Isptar bħala Health Assistant.

Minn ċkunitu huwa kien dejjem attiv fil-qasam trejdunjonistiku, fil-fatt daħħal għall-ewwel darba lill-Health Assistants membri mal-GWU u kien ix-shop steward tagħhom. Fl-1989, huwa telaq minn mal-Gvern fejn daħal jaħdem f’kumpanija tat-Tarzna. Meta għalqet din il-kumpanija, huwa ġie impjegat mat-Tarzna ta’ Malta. Fl-2003, kien wieħed mid-900 ħaddiem li ġew imneħħija mit-Tarzna u mibgħuta ma’ kumpanija tal-Gvern, Industrial projects Services Limited. Huwa ħadem il-Maltapost u iktar tard l-Eden Foundation/Inspire, fejn għal tmien snin huwa kien jagħmel xogħol ta’ Instructor fl-IT. F’dan iż-żmien Jesmond speċjalizza fuq it-tagħlim tal-IT b’korsijiet anke barra minn Malta. Fl-2014, huwa mar jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala l-Uffiċjal inkarigat mill-Office Management.

Matul dan iż-żmien huwa baqa’ attiv fil-GWU, fejn kien membru tal-Eżekuttiv tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni, u iktar wara Assistent Segretarju tal-istessTaqsima. Irrappreżenta t-taqsima f’diversi laqgħat u konferenzi barra minn Malta. Huwa wkoll membru tal-eżekuttiv tal-European Federation of Building and Woodworkers (EFBWW). Fl-2015, Marshall beda jaħdem full time il-GWU, fejn imbagħad ħa l-pożizzjoni ta’ Segretarju tat-Taqsima wara li rtira Pawlu Bugeja fl-2017. Huwa dilettant kbir tal-mużika, speċjalment dik rock, kif ukoll tal-films u jħobb jivvjaġġa.

 

e-mail: [email protected]

GSD