Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

95% tal-ħaddiema tal-Airmalta membri fil-GWU jivvotaw favur ftehim milħuq mill-unjin

Wara żewġ laqgħat li saru matul dawn il-jumejn 95% tal-ħaddiema tal-Airmalta
membri fil-GWU vvotaw favur ftehim li ntlaħaq bejn il-GWU u l-Gvern. 

Wara l-ftehim li kien intlaħaq lura fi Frar li għadda li kien jgħid li dawn il-
ħaddiema se jkollhom xogħol garantit u ħlas ta’ ‘take home pay’ garantita, il-
ftehim kien jistipula wkoll żewġ skemi li ġew finalizzati waqt dawn l-aħħar
diskussjonijiet.

“Wara xhur ta’ diskussjonijiet bejn il-Gvern, l-Airmalta u t-trejd unjins, ġbidna
ħabel wieħed u b’sodisfazzjon inħabbar li wasalna fi ftehim għal dawn il-
ħaddiema. Ftehim dwar skemi ta’ rtirar kmieni u estensjoni tad-data meta l-
ħaddiema se jiġu trasferiti mill-Airmalta għal mal-RSSL. Ħidma sfiqa li ġiet
approvata b’sodisfazzjon mill-membri tagħna,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-
GWU, Josef Bugeja.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Segretarju tat-Taqsima Marittima u
Avjazzjoni, Sandro Vella.