Written by Aħbarijiet, Għaqda Pensjonanti, Home

Avviż mill-GWU Għaqda Pensjonanti

Minħabba s-sitwazzjoni u l-miżuri l-ġodda marbutin mal-Covid-19, dawk li jkunu jridu jagħmlu kuntatt mal-Għaqda Pensjonanti għandhom jagħmlu dan billi;
• Iċemplu jew jibagħtu sms fuq in-numru 99 423 191
• Jibgħatu email fuq [email protected]
• Jew iċemplu fuq in-numri 25 679 234 / 25 679 200 fejn wieħed jista’ jħalli messaġġ u jiġi kkuntattjat minn mill-Għaqda Pensjonanti.

Il-membri huma avżati li jekk mhux xi ħaġa urġenti ma jiġux fl-uffiċċju tal-Għaqda sakemm ma jagħmilx appuntament fuq in-numri msemmija iżjed ʼil fuq. L-Għaqda Pensjonanti tħoss li biex kulħadd jiġi rrispettat kemm il-membri kif ukoll il-ħaddiema tal-Union. Minħabba f’hekk ġie introdott dan is-servizz biex il-membri u l-pensjonanti jibqgħu jingħataw l-aħjar servizz f’dawn iċ-ċirkustanzi.

L-Għaqda tappella għall-koperazzjoni ta’ kulħadd u se tkun qiegħda tirrevedi s-sitwazzjoni skont id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għas-saħħa ta’ kulħadd.