Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali mal-Aġenzija għal l-Enerġija u l-Ilma

It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi, fi ħdan il-General Workers’ Union iddikjarat tilwima industrijali mal-Energy and Water Agency dwar nuqqas ta’ qbil dwar il-Ftehim Kollettiv.

Il-GWU kkonsultat mal-membri tagħha fejn ressqu l-proposti għall-Ftehim Kollettiv sabiex jirriflettu n-natura tax-xogħol tagħhom.

Għalkemm il-GWU ressqet dawn il-proposti, l-istakeholders ikkonċernati baqgħu siekta għal numru ta’ xhur. Għaldaqstant, it-Taqsima ma kellix għażla oħra ħlief li tiddikjara tilwima industrijali u tikkuntattja lid-DIER għal laqgħa ta’ konċiljazzjoni.

It-Taqsima mhux teskludi li teskala t-tilwima industrjali jekk ma jsir l-ebda ftehim jew qbil.