Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tieħu sehem fil-laqgħa tal-MCESD mal-Prim Ministru Robert Abela

Josef Bugeja s-Segretarju Ġenerali tal-GWU attenda għal-laqgħa tal-MCESD li ġiet indirizzata mill – Prim Ministru Robert Abela. Waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru u flimkien mal-imsieħba soċjali oħra ġiet diskussa d-deċiżjoni tal-FATF.

This image has an empty alt attribute; its file name is josef-1.jpg

Il-Prim Ministru beda billi semma li d-deċiżjoni tal-FATF ma qishiex bħala waħda ġusta. Dan wara li minn Jannar 2020 f’pajjiżna ġie introdot programm b’saħħtu ta’ leġiżlazzjoni b’diversi tibdiliet li kien hemm bżonn isiru. Fil-fatt l-FATF irrikonoxxiet ix-xogħol kbir li għamilna però rrimarkat oqsma fejn diversi miżuri leġiżlattivi għandhom bżonn ikunu iżjed effettivi.

Ir-rapport tal-FATF isemmi l-każijiet relatati ma’ evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Dr Abela saħaq li ħa jibda jieħu azzjoni fuq min jevadi t-taxxa, filwaqt li ser jibqa’ jinvesti fl-FIAU. Dan huwa essenzjali għax biex pajjiżna jkun ċentru għall-industrija tal-gaming u dik finanzjara hemm bżonn ikun ukoll regolatur eċċellenti.

Dr Robert Abela semma wkoll kif wara r-rapport li fl-2019 MoneyVal tat lil Malta b’diversi punti fejn kien hemm bżonn jittieħdu diversi azzjonijiet biex nilħqu l-livelli meħtieġa. Fil-fatt f’Mejju li għadda l-MoneyVal analizzat il-bidliet kollha li bħala pajjiż għamilna flimkien u tat ċertifikat ta eċċellenza.

Il-Prim Ministru saħaq mal-imsieħba soċjali kollha għandhom iserrħu moħħ il-membri tagħhom li l-Gvern ser jibqa jappoġġjahom biex jibqgħu mexjin ʼil quddiem u jkabbru l-ekonomija tagħhom. Huwa semma wkoll li flimkien ser inkomplu naħdmu biex nibqgħu nħarsu l-impjiegi u noħolqu opportunitajiet ġodda u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema tagħna.

Wara, id-diskussjoni kompliet mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi dwar il-pjan ta’ rkupru mill-pandemija. Malta ġabet pakkett ta’ fondi Ewropej li jammontaw għal €320 miljun li ser jgħinu biex pajjiżna jerġa’ jiġi lura fuq saqajh.