Written by Ahbarijiet, Ġrajja, Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi, Taqsimiet

Il-GWU b’azzjonijiet industrijali fl-NCPE

Il-General Workers’ Union ordnat azzjonijiet industrijali fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) wara li t-tmexxija ta’ din il-kummisjoni, minkejja diversi tentattivi f’dawn l-aħħar xhur, naqset li tkompli bid-diskussjonijiet għall-ftehim kollettiv għall-impjegati tagħha u naqset li tipprovdi tfassila għad-dokument tal-istess ftehim. 

Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin stqarr li l-attitudni adottata mit-tmexxija tal-NCPE hija waħda inaċċettabbli u ma tawgurax tajjeb għal relazzjonijiet industrijali kordjali bejn iż-żewġ naħat. 

Saħaq li fin-nuqqas ta’ impenn serju min-naħa tal-NCPE, il-GWU tinsab lesta li iżżid l-azzjonijiet tagħha. Tenna li l-Union lesta li skont il-liġi tieħu dawk il-miżuri meħtieġa biex tħares l-interessi tal-imsieħba impjegati fl-NCPE.

Last modified: September 15, 2020