Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

L-MTRM b’kors ġdid dwar is-saħħa u s-sigurtá fuq il-post tax-xogħol

Wara analiżi tar-riskji li sar fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Melita Training and Resource Management (MTRM) ingħatat it-tender biex tipprovdi kors ta’ tagħliim li jtul għal madwar 55 siegħa mmirat għall-impjegati tad-Dipartiment tal-Kunsilli li jkopru lill-Malta kollha. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ MTRM, Louis Spiteri, f’kumment ma’ dan is-sit, spjega li kull min se jgħallem f’dan il-kors, se jkun qed jagħmel hekk kemm fil-klassi tat-tagħlim kif ukoll fuq il-postijiet tax-xogħol. 

Spiteri qal li fl-aħħar tal-kors, il-parteċipanti se jingħataw ċertifikat akkreditat mill-MFHEA u dan għalhekk se jkun utli għal fuq il-post tax-xogħol. Żied jgħid li “hawn nirrimarka illi l-General Workers Union minn dejjem kienet fuq quddiem fit-tħaris tas-saħħa u s-sigurtá tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol”. 

Mistoqsi dwar x’se jkun qed jinkludi dan il-kors, il-Kap Eżekuttiv fisser li dan huwa kors partikolari, li jidħol f’ħafna dettalji u li jmiss ħafna mal-lant tax-xogħol. 

Fisser ukoll li fost tagħlim ieħor, dan il-kors se jkun qiegħed juri lil parteċipanti kif għandhom jitilgħu fuq sellum u scaffolding b’mod sigur u kif wieħed għandu jaddatta għal ambjent partikolari tax-xogħol.