Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU b’donazzjoni lill-Istrina

Kif isir kull sena, il-GWU reġgħet ingħaqdet ma’ eluf ta’ persuni oħrajn u tat donazzjoni sabiħa lill-Istrina.

Is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u l-President tal-GWU Victor Carachi ppreżentaw id-donazzjoni f’isem l-Amministrazzjoni u l-ħaddiema kollha tal-Unjin.

Is-Sur Bugeja ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi b’mod partikolari lill-ħaddiema biex jagħti donazzjoni lill-Istrina biex aktar nies ikun jistgħu jingħataw l-għajnuna.

Intant, sakemm qed niktbu dan l-artiklu s’issa nġabret is-somma ta 1,500,000 ewro.

L-Istrina tibqa’ għaddejja sa nofs il-lejl.