Written by Aħbarijiet

Wara li l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu, jiġu rtirati d-direttivi mill-GWU

Il-General Workers’ Union irtirat id-direttivi ta’ azzjoni industrijali li kienu skedati għal nhar it-Tnejn

Healthmark Logo

Il-General Workers’ Union irtirat id-direttivi ta’ azzjoni industrijali li kienu skedati għal nhar it-Tnejn għall-care workers tal-kuntrattur Healthmark li jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubbliku, wara li l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu għal ħinijiet ġodda ta’ xogħol.

Fir-reazzjoni tagħha l-GWU sostniet li fid-dawl li l-Gvern fl-aħħar ressaq proposti dwar ħinijiet ġodda, ma kienx aktar meħtieġ li jseħħu l-azzjonijiet industrijali. Il-Union issostni li l-azzjonijiet industrijali kienu dwar il-fatt li l-care workers’ tal-kuntrattur qed ikollhom jaħdmu ġranet addizzjonali minħabba l-mod kif inhuma l-ħinijiet tax-xogħol mgħotija lilhom. Min-naħa tagħha l-Union qalet li filwaqt li qed tissospendi l-azzjonijiet, it-tilwima industrijali se tibqa’ fis-seħħ sakemm jintlaħaq qbil u dan ikun implimentat.