Written by Ahbarijiet, Ġrajja, Home, Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi, Taqsimiet

Il-GWU żżid l-azzjonijiet fis-CPSU

Minħabba nuqqas ta’ progress fid-diskussjonijiet, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU se tkun qiegħda żżid l-azzjonijiet industrijali fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) biex tissalvagwardja l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tagħha, liema azzjonijiet se jidħlu fis-seħħ mill-Ħamis li ġej, 20 ta’ Awwissu.

Dan qed isir wara li l-maniġment tas-saħħa baqa’ ma tax risposta lill-GWU fuq it-talba li għamlet fir-rigward tal-membri tagħha dwar l-allowance u t-top-up tal-iskala kif ħadu ħaddiema oħra li jaħdmu fis-CPSU.

Għaldaqstant, il-GWU kellha tirrikorri għal aktar azzjonijiet fis-CPSU, bil-membri tagħha li jaħdmu fis-sezzjoni tas-sigurtà ngħataw direttivi biex ma jirreġistrawx pjanċi tal-karozzi u ma jwiġbux telefonati fost l-oħrajn.

Barra minn hekk, dawk li jaħdmu fid-Dipartiment tal-HR ngħataw għadd ta’ direttivi fosthom li ma jirreġistrawx shifts u skedi tal-impjegati li jinkludu l-ħlasijiet tal-allowances u ma jikkorrispondux bl-imejl.

Fid-Dipartiment tal-Accounts, il-ħaddiema ngħataw ukoll direttivi biex ma joħorġux ‘local purchase orders’ għal oġġetti kif ordnati mill-procurement officer, ma jikkomunikawx mad-Dipartiment tat-Teżor dwar ħlasijiet u ma jagħmlux xogħol ta’ filing jew sorting fost oħrajn.

Intant, dawk il-ħaddiema li jaħdmu fir-reception m’għandhomx jikkorrispondu u jikkomunikaw bl-imejl, ma jweġbux telefonati u ma jwettqux kull dmir ieħor li mhux fid-diskrezzjoni tax-xogħol tagħhom.

Last modified: January 12, 2021