Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU b’tilwima industrijali fl-Isptar Mater Dei

It-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi reġgħet irreġistrat tilwima industrijali fl-Isptar Mater Dei wara li kienu qed jintefgħu aktar xogħlijiet fuq il-ħaddiema membri tagħha li jaqdu dmirijiet ta’ porters fis-sezzjoni tal-Emerġenza.

Jidher li wara li kien intlaħaq ftehim fil-ġimgħat li għaddew, fejn saħansitra kienet irtirata l-ewwel tilwima mill-GWU wara koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat, il-management biddel dan l-istess ftehim u l-operat ta’ dawn il-ħaddiema mingħajr l-approvazzjoni tal-union.

Kien għalhekk li l-GWU ma kellhiex għażla oħra għajr li terġa’ tiddikjara tilwima industrijali biex tipproteġi lil dawn il-ħaddiema.