Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tikseb rikonoxximent tal-Monitoring and Enforcement Officers

Il-GWU, tinstab sodisfatta għaliex ftit tal-ġimgħat ilu kisbet ir-rikonoxximent ewlieni bejn l-Monitoring and Enforcement Officers li jaħdmu mal-G4S u li jagħtu servizz l-ERA. Dan ġie mogħti wara li l-proċess ta’ verifika kkonkluda li l-maġġoranza tal-ħaddiema huma membri tal-Union.

F’kuntest fejn f’dan l-aħħar żmien il-Gvern qed jpoġġi fuq quddiem l-ambjent u s-sostenbilita’ tiegħu. Assistejna għal diversi kampanji edukattivi fejn urew lill-pubbliku ġenerali kif għandu jqassam l-iskart u b’hekk jimxi mal-proċeduri tal-immaniġjar tal-iskart. Biex jagħmel dan il-gvern, permess tal-ERA, waqqaf is-sezzjoni tal-Monitoring and Enforcement Officers. Dan it-tali servizz qed jitħaddem minn numru ta’ ħaddiema li huma impjegati mal-G4S.

L-irwol ta’ dawn l-uffiċjali huwa ta’ importanza kbira sabiex tkompli l-ħidma edukattiva fejn jidħol maniġjar tal-iskart. Dan għaliex il-ħidma tal-uffiċjali hija marbuta mal-edukazzjoni u tagħrif però fuq kollox mal-infurzar tal-liġi u r-regolamenti. Għalhekk dawn l-uffiċjali, permess anki ta’ multi u ċitazzjonijiet, għandhom l-irwol li josservaw li l-pubbliku inġenerali u l-ħwienet kummerċjali jkunu qegħdin jimxu mal-proċeduri u l-liġijiet tal-maniġjar tal-iskart.

Għalhekk f’dan il-kuntest is-Segretarju tat-Taqsima GWU – Ospitalità u Ikel, saħaq li l-irwol ta’ dawn l-uffiċjali huwa important ħafna għaliex l-infurzar tal-liġi jeħtieġ dixxiplina u kollaborazzjoni. Huwa żied jgħid, li l-Union flimkien mal-G4S u l-ERA qed taħdem b’dedikazzjoni, biex ittejjeb l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema membri. Huwa kkonkluda billi tenna li l-għan tagħna huwa li nagħtuhom pakkett finanzjajru li jirrifletti r-responsabilità u l-importanza ta’ xogħolhom speċjalment fil-kuntest tar-riformi fil-proċeduri tat-tqassim tal-iskart.